Taljana ta’ 23 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fl-Imsida.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.15 p.m. fi Triq C. De Brocktorff.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li għal xi raġuni, Mazda li kienet ipparkjata, imxiet minn postha u laqtet persuna.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.