Sunday, December 22, 2024

Twissijiet allarmanti fil-Brażil minħabba temperaturi “insapportabbli”

… Żieda fil-prezzijiet tal-enerġija xejn mhi tgħin liċ-ċittadini

Aqra wkoll

Inħarġu twissijiet t’emerġenza għal kważi 3,000 bliet u rħula madwar il-Brażil. Dan minħabba li kienu qed jesperjenzaw mewġa ta’ sħana bla preċedent fejn inkisru rekords f’żoni partikolari fosthom il-belt ta’ Rio de Janeiro, bit-temperaturi tmiss il-52.5C. Skont l-Istitut Nazzjonali tal-Meteoroloġija (Inmet) irrapporta kif il-belt ta ‘Sao Paulo rat temperaturi medji ta’ 37.3C nhar it-Tlieta wara nofsinhar. Inmet ħareġ twissijiet allarmanti għall-parti l-kbira tal-pajjiż fejn t-temperaturi jistgħu jkunu 5C ‘il fuq mill-medja għal aktar minn ħamest ijiem u jistgħu jkunu ta’ periklu serju għas-saħħa tal-bniedem.

Riquelme da Silva ta’ 22 sena tkellem mal-midja barranija qal li jinsab eżawrit u li hija verament diffiċli fejn anke sempliċiment biex torqod hija sfida. Bejjiegħa tat-triq ta’ 60 sena, iddeskriviet is-sħana bħala “insapportabbli” għal dawk li jaħdmu barra.

Aktar minn mitt miljun persuna ġew affettwati minn din il-mewġa ta’ sħana, li mistennija ddum għall-inqas sal-Ġimgħa, bl-uffiċjali attribwewha għall-fenomenu El Niño u t-tibdil fil-klima.

Il-mewġa ta’ sħana li ilha ġejja sa minn ġimgħat qabel il-bidu tas-sajf fl-emisfera tan-Nofsinhar, rat il-konsum tal-enerġija tal-Brażil jogħlew għal livelli rekord hekk kif in-nies qegħdin jippruvaw iżommu lilhom infushom friski. Ir-riċerka tal-Inmet maħruġa l-ġimgħa li għaddiet uriet li t-temperatura medja fil-pajjiż kienet ogħla mill-medja storika minn Lulju sa Ottubru.

It-temp estrem qed isir aktar frekwenti u aktar intens f’ħafna postijiet madwar id-dinja minħabba t-tibdil fil-klima. Skont ix-xjentisti, il-mewġiet tas-sħana qed isiru itwal u aktar intensi f’ħafna postijiet u dan huwa mistenni li jkompli sakemm fuq livell kollettiv, il-bniedem ma jagħżilx li jnaqqas l-użu tal-gassijiet serra.

Sadanittant, id-Dinja bħalissa tinsab f’fażi tat-temp El Niño, li matula t-temperaturi globali tipikament jiżdiedu.

Ekonomija

Sport