Monday, May 13, 2024

U/17: L-Ispanjoli wisq b’saħħithom għall-Maltin

Aqra wkoll

Kif mistenni, Spanja, li għal għexieren ta’ snin qed jipproduċu talenti mill-aqwa, inkluż l-iskwadra attwali ta’ taħt is-17-il sena, irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għall-Maltin meta huma għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 7-0, bl-Ispanjoli kienu diġá aċċertati mir-rebħa sa tmiem l-ewwel taqsima, hekk kif kienu diġá kienu erba’ goals minn fuq. Huma jibdew bħala favoriti tal-mini-tournament, biż-żewġ parteċipanti l-oħra f’dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni jkunu s-Slovakkja u l-Maċedonja ta’ Fuq.

Il-kowċ ta’ Malta ta’ taħt is-17-il sena Francesco Macri kellu bidu pożittiv għal dan it-tournament billi għeleb lill-Albanija 2-0 barra minn darna f’partita ta’ ħbiberija x-xahar li għadda, filwaqt li t-tieni partita ntrebħet mill-Maltin bl-iskor ta’ 2-1.

Spanja għamlu l-intenzjonijiet tagħom ċari mal-ftuħ tal-partita u fit-13-il minuta rebħu penalty meta Lydon Seychell waqqa’ lil Toni Fernandez fil-kaxxa. Mill-11-il metru l-istess attakkant ta’ Barcelona ma żbaljax.

Il-goals l-oħra għall-Ispanjoli waslu minn Adrian Arnun (21), (28), (63), Jose Reyes Lopez (29), Jose Fernandez (51), u Guillermo Fernandez (69). 

Malta: James Sissons, Adam Vella (Jayden Vella 60), Lydon Seychell, Sheldon Borg, Shelom Magri, Jake Attard, Jerome Baldacchino (Dejan Farrugia 83), Luke Bugeja (Nathan Joyce 60), Thomas Melillo, Denzil Muscat, Emerson Piscopo (Nathan Zerafa 60) Coach: Francesco Macri

Sport