Tuesday, April 15, 2025

UCL: Barcelona u Paris SG fis-semi-finali

Aqra wkoll

Barcelona u Paris St-Germain saru l-ewwel żewġ timijiet li kkwalifikaw għas-semi-finali tal- UEFA Champions League meta fil-kwarti-finali għelbu b’ag­gregate lil Borussia Dortmund u Aston Villa minkejja li dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa fit-tieni leg.

Aston Villa…………….. 3

Paris St-Germain……. 2

(Agg: Paris SG 5-4)

Aston Villa dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Paris St-Germain bl-iskor ta’ 3-2 iżda kienu dawn tal-aħħar li għaddew b’aggregate ta’ 5-2.

Fil-11-il minuta, il-Pa­riġini fetħu l-iskor meta l-goalkeeper ta’ Aston Villa, Emiliano Martinez, ikkommetta żball biex Achraf Hakimi kien pront xeħet il- ballun fix-xibka.

Fit-28 minuta, huma rduppjaw minn Nuno Mendes li kkonkluda mill-cross ta’ Ousmane Dembele.

Iżda fit-35 minuta, il-Villans naqqsu l-marġni tal-iksor minn Youri Tielemans (35).

U f’temp ta’ tliet minuti,  fit-tieni taqsima, huma skor­jaw żewġ goals oħra permezz ta’ John McGinn (55) u Ezri Konsa (58). 

Borussia Dortmund…. 3

Barcelona………………. 1

(Agg: Barcelona 5-3)

Barcelona marru għand Borussia Dortmund u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-1 iżda kkwalifikaw b’aggregate ta’ 5-3.   

Kienu Dortmund li fetħu l-iskor meta fil-11-il minuta ngħataw penalty li minnu Serhou Guirassy qarraq għal kollox b’Szczesny b’xutt á la Pa­nenka.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, hu­ma skorjaw it-tieni goal permezz tal-istess Guirassy.

Peró, il-Katalani għamlu reazzjoni u naqqsu d-distakk minn auto-goal ta’ Ramy Bensebaini (58).

Iżda Guirassy (76) reġa’ kien l-eroj tal-Ġermaniżi u minkejja li ġew eliminati żgur li ma ġewx umiljati.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport