Wednesday, April 16, 2025

UCL: Arsenal u Inter jikkwalifikaw għas-semi-finali

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tieni leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League, Arsenal u Inter qatgħu l-passaġġ mal-aħħar erbgħa.

Real Madrid…… 1

Arsenal…………. 2

(Agg: Arsenal 5-1)

Barra minn darhom Arsenal għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 2-1 għal aggregate ta’ 5-1.

Wara 13-il minuta, Arsenal fallew ċans kbir li jiftħu l-iskor meta ngħataw pe­nalty iżda Bukayo Saka ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper Thibaut Courtois. Iżda l-istess Saka (65) ta l-vantaġġ lill-Gunners. Peró żewġ minuti wara, Vinicius Jr kiseb id-draw għal Real Madrid filwaqt li Gabriel Martinelli (94) ta r-rebħa lil Arsenal.

Inter………………….. 2

Bayern Munich…….. 2

(Agg: Inter 4-3)

Inter għaddew għas-semi-­finali meta spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Bayern Munich għal aggregate ta’ 4-3.

Wara taqsima bla goals, il-Bavarjani fetħu l-iskor minn Harry Kane (51) li kkonkluda mill-pass ta’ Leon Goretzka.

Iżda f’temp ta’ tliet minuti, in-Nerazzurri dawru telfa f’rebħa hekk kif skorjaw żewġ goals minn Lautaro Martinez (58) u Benjamin Pavard (61).

Peró Eric Dier (76) sab ix-xibka għal Bayern iżda l-iskor baqa’ ma nbidilx.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport