Friday, April 26, 2024

UCL: Chelsea u Manchester United jgħaddu mal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel programm tal-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions Lea­gue, iż-żewġ timijiet Ingliżi ta’ Chelsea u Manchester United ingħaqdu ma’ Ajax, Bayern Munich, Juventus u Liverpool, mal-Aħħar 16.

Grupp E

Dinamo K. v Bayern M. – Bayern Munich baqgħu b’punti massimi meta barra minn darhom għelbu lil Dinamo Kiev b’goals minn Robert Lewandowski (14) u Kingsley Coman (42) filwaqt li Denys Garmash (70) wieġeb għall-Ukreni.

Barcelona v Benfica – Barcelona temmew fi draw ta’ 0-0 kontra Benfica biex fl-aħħar partita jridu jmorru jilagħbu għand Bayern.

Grupp F

Villarreal v Man Utd – Manchester United għaddew għar-round li jmiss meta barra minn darhom għelbu lil Villarreal 2-0 permezz ta’ Cristiano Ronaldo (78) u Jadon Sancho (91).

Young B. v Atalanta – Ata­lanta ħadu skoss qawwi meta sfaw miżmuma 3-3 minn Young Boys.

Il-goals tagħhom waslu minn Duvan Zapata (10), Jose Palomino (51) u Luis Muriel (88) filwaqt li Theoson Siebatcheu (39), Vincent Sierro (80)  u Silvan Hefti (84) skorjaw għall-Isvizzeri.

Grupp G

Lille v Salzburg – Lille laqgħu lil Salzburg u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 biex telgħu fl-ewwel post tal- klassifika. L-uniku goal tal-partita wasal minn Jonathan David (31).

Sevilla v Wolfsburg – Sevilla ospitaw lil Wolfsburg u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0  b’goals minn Joan Jordan (12) u Rafa Mir (92).

Grupp H

Chelsea v Juventus – Chelsea għaddew u telgħu fl-ewwel pożizzjoni b’reb­ħa komda ta’ 4-0 fuq Juventus.

Il-goals waslu minn Tre­voh Chalobah (25), Reece James (56), Callum Hudson-Odoi (58) u Timo Werner (92).

Malmo v Zenit SP – Malmo u Zenit St Petersburg temmew fi draw ta’ 1-1. So­ren Rieks (28) skorja għal Malmo iżda Yaroslav Rakitskiy (91 pen) kiseb id-draw għal Zenit li għalihom Artem Dzyuba (53) falla penalty wkoll.

Sport