Saturday, December 21, 2024

UCL: Harry Maguire l-eroj ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Meta bdiet tintlagħab it-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, Manchester United reġgħu daħlu biċ-ċans li jkomplu javvanzaw f’din il-kom­petizzjoni b’rebħa importanti ta’ 1-0 fuq FC Copenhagen. 

Grupp A

Man Utd v Copenhagen – Minkejja li ma kienux fl-aqwa forma tagħhom, Manchester Uni­ted irreġistraw rebħa ta’ 1-0 fuq FC Copenhagen.

Fl-ewwel 10 minuti, id-Daniżi kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta Dio­go Goncalves ġie mċaħħad mil-lasta. 

Peró Harry Maguire (72) spiċċa l-eroj meta skorja l-uniku goal tal-partita. 

Qabel dan il-konfront saret tislima emozzjonanti għall-memorja tal-leġġen­darju, Bobby Charlton, li miet nhar il-Ħadd li għadda fl-etá ta’ 86 sena. 

Galatasaray v Bayern M. – Bayern Munich marru t-Turkija u għelbu lil Galatasaray bl-iskor ta’ 3-1 biex irreġistraw it-tielet reb­ħa minn daqstant partiti u għalaqstant għandhom sieq waħda fir-round tal-Aħħar 16. 

It-tliet goals tal-Bavarja­ni waslu minn Kingsley Coman (8), Harry Kane (73) u Jamal Musiala (79) filwaqt li Mauro Icardi (30) kiseb id-draw momentarju minn penalty għal Galatasaray. 

Grupp B

Sevilla v Arsenal – Arsenal irritornaw għar-rebħ meta barra minn darhom għelbu lil Sevilla 2-1. 

Huma fetħu l-iskor fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta minn kontrattakk, Gabriel Martinelli dar mal-goalkeeper avversarju qabel ma xeħet fix-xibka … bit-tieni wieħed jasal minn Gab­riel Jesus (53).  Iżda Nemanja Gudelj (58) naqqas il-marġni għall-Ispanjoli. 

Lens v PSV – Lens u PSV Eindhoven temmew fi draw ta’ 1-1. Johan Bakayoko (54) fetaħ l-iskor għal PSV iżda Sepe Elye Wahi (65) kiseb id-draw għall-Franċiżi. 

Grupp C

Un. Berlin v Napoli – Napoli marru l-Ġermanja u għelbu lil Union Berlin bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal importanti jasal minn Giacomo Raspadori (65). 

Braga v Real Madrid – Barra minn darhom Real Madrid għelbu lil Braga 2-1, bl-iskorers ikunu Rodrygo (16) u Jude Bellingham (61) filwaqt li Alvaro Djalo (63) wieġeb għall-Portugiżi. 

Grupp D

Inter v Salzburg – Inter kellhom jitħabtu biex għelbu lil Salzburg bl-iskor ta’ 2-1. 

Kien Alexis Sanchez (19) li fetaħ l-iskor għan-Nerazzuri iżda Oscar Gloukh (57) kiseb id-draw għall- Awstrijaki f’azzjoni li fiha ħadu sehem sitt players. 

Madankollu Hakan Calhanoglu (64) ta tliet punti prezzjużi lil Inter mill-11-il metru wara foul fuq Davide Frattesi fil-kaxxa. 

Benfica v Sociedad – Real Sociedad ħasdu lil Benfica billi rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0 biex il-Portugiżi għadhom mingħajr l-ebda punt u huma prattikament eliminati. 

Il-goal wasal minn Brais Mendez (63). 

Ekonomija

Sport