Wednesday, July 24, 2024

UCL: Il-logħba bejn Napoli u Real tista’ tiġi sospiża minħabba terremot li laqat ir-reġjun Partenopei

Aqra wkoll

Il-belt ta’ Napoli ntlaqtet minn terremot tard it-Tnejn bil-possibbiltá li l-partita valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League tiġi sospiża. 

It-terremot ta’ qawwa 4.0, li seħħ ftit wara l-10.00 pm, laqat ir-reġjun vulkaniku ta’ Campi Flegrei fejn  wassal għal paniku fost ir-residenti li nxterdu fit-toroq.

L-epiċentru kien jinsab f’fond ta’ madwar żewġ mili bejn Napli u Pozzuoli, skont l-Istitut Nazzjonali tal-Ġeofiżika u l-Vulkanoloġija (INGV).

Iż-żona ta’ madwar il-vulkan Campi Flegrei  li żbroffa l-aħħar fl-1538 u li kien se jpoġġi nofs miljun abitant fil-periklu, kien iċ-ċentru ta’ żieda fl-attività sismika fl-aħħar jiem b’sensiela ta’ tregħid.

Ekonomija

Sport