Tuesday, February 11, 2025

UCL: Illum u għada jintlagħab l-ewwel leg tal-play-offs tal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Illum u għada jintlagħab l-ewwel leg tal-play-offs biex jiġi magħruf it-tieni sett ta’ tmien timijiet biex jikkwalifikaw għall-Aħħar 16 tal-UEFA Champions Lea­gue.  

Dawn jingħaqdu ma’ dawn it-timijiet li fil-Fażi tal-Kampjonat spiċċaw fl-ewwel tmien postijiet. Dawn huma Liverpool, Barcelona, Arsenal, Inter, Atletico Mad­rid, Bayer Leverkusen, Lille u Aston Villa. 

Dawk it-timijiet li spiċċaw bejn id-disa’ u s-16-il post ġew seeded u għaldaqstant se jilagħbu l-ewwel leg barra minn darhom. 

Bla dubju, l-aktar konfront li se jiġbed attenzjoni huwa dak bejn Manchester City u Real Madrid. Hija ħasra li team minnhom se jkollu jċedi postu f’dan l-istadju hekk bikri. 

Man City v Real Madrid – Manchester City jilqgħu liċ-champions renjanti, Real Madrid, li fil-veritá ż-żewġ timijiet iddiżappuntaw bil-kbir fir-round preċedenti hekk kif is-City spiċċaw fit-22 post filwaqt li l-Madrileni temmew fit-12-il pożizzjoni. 

Dan huwa konfront mif­tuħ għal kull riżultat u ma tkun l-ebda sorpriża li t-tieni leg jiġi deċiż bil-pe­nalties. 

Peró, filwaqt li l-Ispanjoli ma kienux attivi fis-suq tat-trasferimenti, is-City saħ­ħew l-iskwadra b’għadd ta’ akkwisti ġodda – Omar Marmoush (Eintracht Frankfurt); Nico Gonzalez (Porto); Abdukodir Khusanov (Lens) u Vitor Reis (Palmieras).  

Iż-żewġ timijiet se jkol­lhom jgħaddu mingħajr bosta players minħabba li qed jirkupraw minn injury – il-goalkeeper Ederson, Rodri, Nathan Ake,  Jere­my Doku u Oscar Bobb għal Manchester City u Antonio Rudiger, David Alaba, Eduardo Camavinga, Dani Car­vajal u Eder Militao għal Real Madrid. 

Juventus v PSV Eindhoven – Juventus jilqgħu lil PSV Eindhoven li ġejjin minn rebħa ta’ 3-2 fuq Liverpool biex din kienet l-unika darba li t-team Ingliż waqqa’ l-punti fil-Fażi tal-Kamp­- j­o­nat. 

Il-Bianconeri spiċċaw fl-20 post filwaqt li l-Olandiżi temmew fit-13-il post. 

Din se tkun ripetizzjoni tal-ewwel partita tal-Fażi tal-Kampjonat meta f’darhom il-Juventini kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1.

F’Jannar li għadda huma saħħew l-iskwadra tagħhom b’erba’ akkwisti – Lloyd Kelly (Newcastle United), Renato Veiga (Chelsea) u Randal Kolo Muani (Paris SG) kol­lha b’self u lil Alberto Costa (Guimaraes) b’kuntratt permanenti. 

Feyenoord v Milan – Dan huwa konfront ieħor bejn timijiet Olandiżi u Taljani, b’Milan jibdew favoriti li jaqtgħu l-passaġġ tagħhom fl-Aħħar 16. 

Filwaqt li r-Rossoneri spiċ­ċaw fit-13-il post, Feyenoord spiċċaw sitt pożiz­zjoni ‘l isfel. 

Anke Milan saħħew l-iskwadra tagħhom meta ffirmaw xejn inqas minn ħames players – Kyle Walker (Manchester City), Santiago Jimenez (Feyenoord), Warren Bondo (Monza), Joao Felix (Chelsea) u Riccardo Sottil (Fiorentina).

Celtic v Bayern M. – Celtic għandhom ostaklu mill-aktar diffiċli meta jospitaw lill- ġganti Ġermaniżi, Ba­yern Munich li spiċċaw fil-11-il post. 

It-team immexxi mill-ma­n­ager, Brendan Rodgers, irid jagħraf kif se jwaqqaf lill-attakkant internazzjonali Ingliż, Harry Kane, li bħal donnu ma jistax jieqaf jiskorja.

Brest v Paris SG – Dan huwa derby Franċiż bejn żewġ timijiet li ftit tal-jiem ilu ltaqgħu f’Ligue 1 fejn Paris St-Germain għelbu lil Brest bl-iskor ta’ 5-2. 

F’dik il-partita, Ousmane Dembele kien fi klassi għalih meta skorja tripletta filwaqt li Goncalo Ramos irreġistra doppjetta. 

Peró, il-Pariġini ċedew bosta players matul ix-xahar ta’ Jannar wara li akkwistaw lill-winger Ġorġjan Khvicha Kvaratskhelia mingħand Napoli. 

Fost dawn hemm Randal Kolo-Muani (Juventus), Xavi Simons (Leipzig), Cher Ndour (Fiorentina), Juan Ber­nat (Villarreal), Marco Asensio (Aston Villa) u Milan Skriniar (Fenerbahce).

Club Brugge v Atalanta –  Żewġ timi­jiet li pproduċew football interessanti fil-Fażi tal-Kampjonat se jiltaqgħu f’partita li kapaċi tkun waħda interessanti.

Atalanta, li jinsabu fit-taqtiegħa għat-titlu tas-Serie A, spiċċaw fid-disa post bi 15-il punt fir-round preċedenti ta’ din il-kompetizzjoni. 

Min-naħa l-oħra, Club Brugge spiċċaw fl-24 post meta wieħed ftit li xejn tahom iċ-ċans li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetiz­zjoni. 

Peró, Atalanta huma ostaklu diffiċli għalkemm jistgħu jiġu superati. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport