Wednesday, July 24, 2024

UCL: It-tielet rebħa konsekuttiva għal Barcelona u Manchester City

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions Lea­­gue, Barcelona u Manchester City ingħaqdu ma’ Ba­yern Munich u Real Madrid (li lagħbu t-Tlieta) biex huma biss għandhom punti massimi. 

Grupp E

Feyenoord v Lazio – Fe­yenoord ospitaw lil Lazio u ħasduhom bl-iskor ta’ 3-1. 

Il-protagonista kien Santiago Gimenez (31, 74) li skorja doppjetta filwaqt li l-goal l-ieħor wasal minn Ramiz Zerrouki (45).

Pedro (83 pen) skorja l- goal ta’ konsolazzjoni għal Lazio.   

Celtic v Atletico Madrid –  Celtic u Atletico Madrid temmew fi draw ta’ 2-2. Kyogo Furuhashi (4) u Luis Palma (28) skor­jaw għal Celtic filwaqt li Antoine Griezmann (25) u Alvaro Morata (53) wieġbu għall-Ispanjoli.  

Grupp F

Paris SG v Milan – Paris St Germain ospitaw lil Milan u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0 permezz ta’ Kylian Mbappe (32), Randal Kolo Muani (53) u Lee Kang-In (89). 

Newcastle v Borussia D. – Barra minn darhom, Bo­russia Dortmund irreġis­traw rebħa mill-aktar importanti meta għelbu lil Newcastle bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Felix Nmecha (45). 

Grupp G

Young Boys v Man City – Barra minn darhom, Manchester City kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Young Boys tal-Isvizzera, bl-iskorers ikunu Manuel Akanji (48) u Erling Haland (67 pen, 86) li skorja doppjetta filwaqt li Elia Meschack (52) kiseb id-draw momentarju għat-team ospitu. 

 Leipzig v Red Star – Leipzig għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni mal-Aħħar 16 meta laqgħu lil Red Star Belgrade u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn David Raum (12), Xavi Simons (59) u Dani Olmo (84), b’Marko Stamenic (70) jirrispondi għas-Serbi.

Grupp H

Barcelona v Shakhtar – Barcelona rreġistraw it-tielet rebħa minn daqstant partiti meta għelbu lil Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals tagħhom jaslu minn Ferran Torres (28) u Fermin Lopez Marin (36) filwaqt li Georgiy Sudakov (62) skorja għall-viżitaturi.

Antwerp v Porto – Porto qabżu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika meta barra minn darhom għelbu lil Antwerp bl-iskor ta’ 4-1. 

Wara li Alhassan Yusuf (37) fetaħ l-iskor għall-Bel­ġjani, Evanilson (46, 69, 84) u Stephen Eustaquio (54) dawru r-riżultati favur Porto. 

Ekonomija

Sport