Monday, May 13, 2024

UCL: Man City u Leipzig jikkwalifkaw għall-Aħħar 16

Aqra wkoll

Manchester City u Leipzig huma l-ewwel żewġ timijiet li għaddew għar-round tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions Lea­gue meta fir-raba’ ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi, rebħu l-partita rispettiva tagħhom. 

Grupp E

Atletico M. v Celtic – Atletico Madrid għelbu lil Celtic bl-iskor ta’ 6-0 biex dawn tal-aħħar ġew elimi­nati. L-iskorers kienu Antoine Griezmann (6, 60), Alvaro Morata (45, 76), Lino (66) u Saul Niguez (84), filwaqt li Celtic kellhom lil Daizen Maeda (23) imkeċċi. 

Lazio v Feyenoord – La­zio telgħu fit-tieni post graz­zi għar-rebħa ta’ 1-0 fuq Feyenoord. 

Il-goal importanti wasal minn Ciro Immobile fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. 

Grupp F

Borussia D. v Newcastle – Newcastle ħadu daqqa ta’ ħarta kbira fit-tentattiv li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni meta f’darhom sfaw megħluba minn Borussia Dortmund bl-iskor ta’ 2-0, b’goals minn Niclas Fullkrug (26) u Julian Brandt (79). 

Milan v Paris SG – Milan daħlu biċ-ċans li jikkwalifikaw għar-round li jmiss meta ospitaw lil Paris St-Germain u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. 

Kienu l-Pariġini li fetħu l-iskor minn Milan Skriniar (9) iżda Rafael Leao (12) u Olivier Giroud (50) dawru l-iskor favur ir-Rossoneri. 

Grupp G

Man City v Young Boys – Manchester City ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lill-Isvizzeri ta’ Young Boys bl-iskor ta’ 3-0. 

Il-protagonista reġa’ kien Erling Haaland (23 pen, 51)  li skorja doppjetta, bil-goal l-ieħor jasal minn Phil Foden (45). 

Young Boys kellhom lil Sandro Lauper (53) għal żewġ karti sofor.  

Red Star v Leipzig – Leipzig marru s-Serbja u għelbu lil Red Star Belgrade bl-iskor ta’ 2-1 biex ingħaqdu ma’ Manchester City fir-round tal-Aħħar 16. 

ll-goals tal-Ġermaniżi ġew skorjati minn Xavi Simons (8) u Lois Openda (77) filwaqt li Guelor Kanga (81) irrisponda għat-team ospitu. 

Grupp H

Shakhtar v Barcelona – F’partita li ntlagħbet f’Hamburg, Shakhtar Do­netsk għel­bu lil Barcelona bl-is­kor ta’ 1-0 biex fetħu dan il-grupp beraħ u ħar­btu l-pjani ta’ Barcelona milli jikkwalifikaw. 

L-uniku goal ġie skorjat minn Danylo Sikan (40).

Porto v Antwerp – Porto laħqu lil Barcelona fl-ew­wel post (iżda b’differenza ta’ goals aħjar) meta għelbu lil Antwerp bl-iskor ta’ 2-0 bl-iskorers ikun Evanilson (32 pen) u Pepe (92). 

Il-Belġjani kellhom lil Jurgen Ekkelenkamp (52) imkeċċi. 

Sport