Wednesday, October 9, 2024

L-Erbgħa l-aħħar ġurnata tal-kampjonat Ewropew

Aqra wkoll

L-Erbgħa se tkun ġurnata deċiżiva fil-kampjonat Ewropew li qed isir f’pajjiżna hekk kif jintrebħu l-unuri fil-kategoriji kollha.

Sadanittant fl-aħħar riżultati li ħarġu t-Tlieta filgħaxija mill-kategoriji individwali, Nick Muscat u Jake Castaldi għaddew għas-semifinali ta’ taħt il-15-il sena, l-istess kif għamel Steve Muscat fil-kompetizzjoni ta’ taħt it-18-il sena.

Anke Shylon Attard kiseb il-kwalifikazzjoni tiegħu fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena filwaqt li Ryan Pisani wasal għal mal-aħħar erbgħa fis-sezzjoni tal-irġiel. Sadanittant, it-timijiet Maltin B u B1 se jilagħbu l-kwarti tal-finali bejniethom sabiex jiġi determinat min se jilgħab fis-semifinali kontra l-Irlanda.

Mill-banda l-oħra, kien hemm l-eliminazzjoni tat-tim tan-nisa kif ukoll it-tim A ta’ taħt il-15-il sena.

Fil-fatt, it-Tlieta filgħodu, in-nisa Maltin tilfu 15-10 kontra l-Iskozja A filwaqt li l-Malta Masters A tilfu 14-11 kontra l-Ingliżi.

Malta Men’s A iddominaw il-konfront kontra Ġibilta’ tant li rebħu 21-4, l-istess kif għamlu t-tim A ta’ taħt it-18-il sena li għelbu lil Wales 18-7.

Fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena, l-Ingilterra B għelbu lil Malta 15-0 filwaqt li t-tim Malti B1 għeleb lil Wales 9-6.

Sport