Tuesday, July 14, 2026
Home BUDGET Gvern PN ipoġġi ħaddiema barranin għal test qabel jiġu f’pajjiżna

Gvern PN ipoġġi ħaddiema barranin għal test qabel jiġu f’pajjiżna

Dr Grech jisħaq li hu fiduċjuż li PN fil-gvern jista' jwettaq il-viżjoni ekonomika ta' eċċellenza

0
282

Fl-ewwel kummenti tiegħu għad-diskors tal-Prim Ministru dwar il-budget 2024, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech qal li l-Prim Ministru tant għajjar lin-naħa tal-Oppożizzjoni li spiċċa skadielu l-ħin.

Dr Grech qal li f’sagħtejn il-Prim Ministru ma tax soluzzjonijiet għal problemi li qed jaffaċċjaw iċ-ċittadini bħalma huma t-traffiku u l-immaniġjar tal-iskart.

Rigward l-kwistjoni tal-Isptarijiet, Dr Grech qal li Dr Abela ma ammettiex dak li qaltlu l-Qorti meta qalet li l-interessi tal-pajjiż ma kinux ġew imħarsa.

Rigward il-viżjoni ekonomika ta’ eċċellenza tal-Partit Nazzjonalista, Dr Grech qal li gvern Nazzjonalista jpoġġi lil ħaddiema barranin minn barra mill-Unjoni Ewropea għal testijiet qabel ma jiġi f’pajjiżna.

“Jidher li għandek idejk marbutin. Dak ifisser li se nkunu aħna, Partit Nazzjonalista fil-gvern li nwettqu l-viżjoni ta’ ekonomija ta’ eċċellenza għall-poplu kollu”, temm Dr Grech.