Wednesday, October 9, 2024

Impenn internazzjonali ieħor għal Ishmael Barbara

Aqra wkoll

Perjodu pjuttost impenjattiv b’ħatriet internazzjonali għar-referee tal-FIFA Ishmael Barbara.

Ftit jiem wara li temm b’suċċess l-impenji tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-Università FISU fiċ-Ċina, Ishmael ġie assenjat partita tal-UEFA Youth League fi Franza.

Il-partita bejn FC Nantes Youth u t-tim Finlandiż HJK Helsinki Youth hija skedata li tintlagħab nhar l-Erbgħa, fis-7.00pm.

Għal din il-logħba mill-UEFA Youth League, Ishmael Barbara se jkun mgħejjun minn Duncan Spencer u Mark Ciantar bħala l-Assistenti Referees tiegħu, filwaqt li r-raba’ uffiċjal se jinħatar mill-Federazzjoni tat-tim domestiku, jiġifieri se jkun Franċiż – Guillaume Paradis.

L-MFA awgurat l-isbaħ xewqat lit-tim tal-uffiċjali lokali tal-partita għal dan il-partita għada l-Erbgħa, fil-UEFA Youth League.

Sport