Sunday, November 24, 2024

UCL: Manchester City jibdew id-difiża tat-titlu Ewropew b’rebħa fuq Red Star

Aqra wkoll

Manchester City bdew id-difiża tat-titlu Ewropew b’rebħa meta, fl-ew­wel programm tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, huma għelbu lil Red Star bl-iskor ta’ 3-1.

GRUPP E

Feyenoord v Celtic – Fe­ye­noord għelbu lil Celtic 2-0 b’goals minn Calvin Stengs (45) u Alireza Jahanbakhsh (76).

Celtic kellhom liż-żewġ players, Gustaf Lagerbielke (64) u Odin Holm (68) imkeċċija filwaqt li Igor Pai­xao (65) falla penalty għall-Olandiżi.  

Lazio v Atletico M. – Lazio u Atletico Madrid temmew fi draw ta’ 1-1. Pablo Barrios Rivas (29) iżda Ivan Provedel (95) kiseb id-draw għal Lazio. 

GRUPP F

Milan v Newcastle – Milan komplew jiddiżappuntaw meta laqgħu lil Newcastle United u setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals minkejja li kien hemm perjodu fejn heddew il-lasti avversarji. 

Min-naħa tal-Magpies, dawn kienu qed jirritornaw f’din il-kompetizzjoni wara nuqqas ta’ 19-il sena. 

Paris SG v Borussia D. – Paris St-Germain ospitaw lil Borussia Dortmund u għelbuhom 2-0 bil-goals jas­lu fit-tieni taqsima minn Kylian Mbappe (49 pen) u Achraf Hakimi (58).

GRUPP G

Young Boys v Leipzig – Leipzig kellhom bidu mill-aktar pożittiv meta mar­ru għand Young Boys u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 bil-goals jaslu minn Mohamed Simakan (3), li kien l-ewwel skorer ta’ din l-edizzjoni tal-Fażi tal- Gruppi,  Xaver Schlager (73) u Benjamin Sesko (92) filwaqt li Elia Meschack (33) kiseb id-draw momentarju għall-Isvizzeri.  

Man City v Red Star – Iċ-champions renjanti Manchester City dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Red Star Belgrade bl-iskor ta’ 3-1. 

Is-Citizens iddominaw l-ewwel taqsima fejn fetħu pressjoni kbira fuq il-lasti avversarji bil-goalkeeper, Omri Glazer, ikun providenzjali għal Red Star … filwaqt li Erling Haaland ġie mċaħħad mill-mimduda. 

U kontra x-xejra tal-logħob, is-Serbi fetħu l-is­kor minn Osman Bukari (45). 

Iżda tliet goals fit-tieni taqsima minn doppjetta ta’ Julian Alvarez (47, 60) u goal ieħor minn Rodri (73) taw ir-rebħa mistħoqqa lit-team Ingliż.

It-team immexxi mill-coach Pep Guardiola seta’ rebaħ bi skor akbar meta assedja mingħajr waqfien il-lasti tas-Serbi.  

GRUPP H

Barcelona v Antwerp – Barcelona kienu fi klassi għalihom meta għelbu lill-Belġjani ta’ Antwerp bl-iskor kbir ta’ 5-0. 

Minkejja l-avversarji mo­desti, il-Katalani taw twissija li se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ ta’ din il-kompetizzjoni. 

Il-goals waslu minn doppjetta tal-akkwist il-ġdid, Joao Felix (11, 66), Robert Lewandowski (19), auto-goal ta’ Jelle Bataille (22) u Gavi (54). 

Shakhtar v Porto – Porto kisbu rebħa tajba fuq l-Ukreni ta’ Shakhtar Do­netks bl-iskor ta’ 3-1, bl-is­korers ikunu Wenderson Galeno (3, 15) u Mehdi Taremi (39) filwaqt li Kevin Kelsy (13) kiseb id-draw momentarju għal Shakhtar.  

Sport