Sunday, December 22, 2024

UCL: Real Madrid b’rebħa kbira fuq Borussia D. li mmaturat fit-tieni taqsima

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel programm tat-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, l-attenzjoni prinċipali kienet mixħuta fis-Santiago Bernabeu Stadium liema konfront laqqa’ liċ-champions Eworpej, Real Madrid flim­kien mal-finalisti, Borussia Dortmund.

Real Madrid v Borussia D. – F’darhom Real Madrid irkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex dawru telfa f’reb­ħa bl-iskor ta’ 5-2.

Kienu Dortmund li fetħu l-iskor, fit-30 minuta, meta    Serhou Guirassy qata’ lid- difiża Madrilena billi żmarka lil Donyell Malen li mill-viċin għeleb lill-goalkeeper, Thibaut Courtois.

U erba’ minuti wara, kien Jamie Gittens li rdoppja għall-Ġermaniżi meta Jamie Gittens iddepożita l-ballun mill-cross fil-baxx ta’ Malen. 

Iżda f’temp ta’ tliet minuti, il-Madrileni kisbu d-draw minn Antonio Rudiger (60) u Vinicius Junior (63).

Lucas Vazquez (83) żied ieħor minn pożizzjoni angolata filwaqt li Vinicius (86, 92) issiġilla r-rebħa.

Milan v Club Brugge – Milan ospitaw lil Club Brugge u għelbuhom bl-is­kor ta’ 3-1 u b’hekk irreġistraw l-ewwel rebħa.

Peró, Club Brugge lagħbu bi player inqas għal 50 minuta meta tkeċċa Ra­phael Onyedika (40) għal karta ħamra diretta.

Il-goals waslu minn Christian Pulisic (34) u doppjetta ta’ Tijani Reijnders (61, 71) filwaqt li Kyriani Sabbe (51) kiseb id-draw momentarju għall-Belġjani.

Monaco v Red Star – Monaco kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 fuq Red Star Belgrade li baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr l-ebda punt.

Il-protagonisti kienu Takumi Minamino (20, 70) li skorja doppjetta, Breel Embolo (45), Wilfried Singo (54) u Maghnes Akliouche (92).

Aston Villa v Bologna – Aston Villa għelbu lil Bologna bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu fit-tieni taqsima minn John McGinn (55) u Jhon Duran (64).

Din ir-rebħa kienet tfis­ser li l-Villans rebħu t-tliet partiti tagħhom biex telgħu fil-quċċata tal-klassifika.

Girona v Slovan Bratislava – Girona laqgħu lil Slovan Bratislava u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu  minn Miguel Gu­tierrez (42) u Juanpe (73).

Juventus v Stuttgart – F’darhom Juventus sfaw megħluba minn Stuttgart bl-iskor ta’ 1-0 biex sofrew l-ewwel telfa. 

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Stuttgart kellhom goal ġustament imħassar meta  Deniz Undav mess il-ballun b’idu qabel xeħet fix-xib­ka.

Fl-84 minuta tkeċċa Danilo għal Juventus għal foul li wasslet għal penalty iżda mill-11-il metru, Enzo Millot falla penalty.

Peró, Stuttgart ħarġu rebbieħa b’goal minn El Bilal Toure (93).

Paris SG v PSV Eindhoven – Minkejja li ddo­minaw il-konfront, Paris St-Germain spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra PSV Eindhoven.

Kontra x-xejra tal-logħob PSV fetħu l-iskor minn i Noa Lang (34). Iżda, il-55 minuta,  il-Pariġini kisbu d-draw minn Achraf Hakimi li kien qed jilgħab il-50 partita tiegħu f’din il-kompetizzjoni li għeleb lill- goalkeeper, Wal­ter Benitez, li kien qed jilgħab il-100 partita għal PSV.

Sturm Graz v Sporting – Barra minn darhom, Spor­ting Lisbon kisbu rebħa tajba meta għelbu lil Sturm Graz tal-Awstrija bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ Nuno Santos (23) u Viktor Gyo­keres (53).

Arsenal v Shakhtar Donetsk – Arsenal għelbu lil Shakhtar Donetsk b’goal uniku li wasal fid-29 minuta minn auto-goal tal-goalkeepr, Dmytro Rizny.

Ekonomija

Sport