Wednesday, September 9, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Serhou Guirassy il-protagonista għal Borussia Dortmund

UEFA Champions League: Serhou Guirassy il-protagonista għal Borussia Dortmund

0
41

Borussia Dortmund kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 fuq Villarreal fil-bidu tal-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Champions League, grazzi għal żewġ goals tard ta’ Serhou Guirassy fi spazju ħames minuti. 

Din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva ta’ Dortmund kontra avversarji Spanjoli. Villarreal bdew tajjeb u ħolqu diversi opportunitajiet, iżda ma rnexxilhomx jisfruttawhom. 

Dortmund sofrew daqqa ta’ ħarta meta Konstantinos Karetsas kellu joħroġ imweġġa’ fis-27 minuta. Il-logħba baqgħet mingħajr goals sal-53 minuta, meta Maximilian Beier fetaħ l-iskor b’xutt li spiċċa fix-xibka wara li l-ballun mess lil Renato Veiga. 

Villarreal wieġbu u Santiago Mourino għamel l-iskor indaqs b’daqqa ta’ ras minn corner ta’ Georges Mikautadze. 

Iż-żewġ timijiet komplew ifittxu l-gowl tar-rebħa, iżda kien Guirassy li skorja fit-80 minuta wara assist minn Fabio Silva. 

Ftit wara, l-attakkant rebaħ penalty u skorja mill-11-il metru biex għamilhom 3-1. 

Villarreal naqqsu d-distakk b’auto-goal sfortunat ta’ Guirassy, iżda ma rnexxilhomx jiksbu d-draw. 

B’hekk Dortmund bdew il-kampanja Ewropea tagħhom perfettament, filwaqt li Villarreal għadhom mingħajr rebħa f’dan l-istaġun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here