Tuesday, September 8, 2026
Home Sport UEFA Champions Lge: Aston Villa b’rebħa diffiċli għand Club Brugge

UEFA Champions Lge: Aston Villa b’rebħa diffiċli għand Club Brugge

0
50

Aston Villa taw ħajja ġdida lill-istaġun tagħhom wara li kisbu rebħa diffiċli ta’ 3-2 barra minn darhom kontra Club Brugge fil Fażi tal-Kampojnat tal-UEFA Champions League.

Il-Villa skorjaw tliet goals fl-ewwel taqsima permezz tal-captain John McGinn, Emi Buendia u Nicolas Jackson. 

McGinn (11) fetaħ l-iskor, iżda Hugo Vetlesen (19) kiseb id-draw għall-Belġjani. Madankollu, Buendia (22) u Jackson (43) reġgħu poġġew lil Aston Villa fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ. Għal Jackson, li ngħaqad mal-club dan is-sajf, dan kien l-ewwel goal tiegħu mal-Villans.

Fit-tieni taqsima, Club Brugge naqqsu d-distakk permezz ta’ penalty ta’ Nicolo Tresoldi (61) wara li Aaron Wan-Bissaka mess il-ballun b’idu fil-kaxxa. Tresoldi mbagħad laqat ukoll il-lasta, iżda Villa rnexxielhom iżommu r-riżultat sal-aħħar.

Ir-rebħa kienet importanti għal Aston Villa wara tliet logħbiet konsekuttivi fil-Premier League mingħajr ma skorjaw. Il-coach, Unai Emery, qed jipprova jintegra għaxar akkwisti ġodda fit-team, wara li l-club tilef sitt players mill-formazzjoni li rebħet il-UEFA Europa League fl-istaġun li għadda.

McGinn, li ilu l-aktar żmien mal-club, kellu rwol kruċjali fir-rebħa u b’dan il-gowl sar l-aqwa skorer ta’ Aston Villa fil-kompetizzjonijiet Ewropej, b’total ta’ 12-il goal.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here