Friday, November 6, 2026
Home Sport UEFA Conference League: Atalanta miżmuma minn Kairat

UEFA Conference League: Atalanta miżmuma minn Kairat

0
55

Atalanta kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ 1-1 kontra Kairat Almaty fil-UEFA Conference League, hekk kif goal tard minn Nikola Krstovic salva punt għat-team Taljan f’Bergamo.

Sa mis-suffara inizjali, Atalanta ħarġu fuq l-offensiva iżda minkejja din il-pressjoni,  kienu l-viżitaturi li fetħu l-iskor fit-53 minuta. Marc Gual approfitta minn kontrattakk veloċi u, wara li rċieva l-ballun mingħand Edmilson, għeleb lil Marco Carnesecchi biex poġġa lil Kairat fil-vantaġġ.

Atalanta xeħtu kollox fuq l-attakk biex isibu l-goal tad-draw iżda sabu lill-goalkeeper avversarju f’burdata mill-aqwa. 

Madankollu, fit-82 minuta, il-Bergamaschi kisbu d-draw. Wara azzjoni minn corner, Relja Obric għadda l-ballun lejn Nikola Krstovic, li mill-viċin xeħet il-ballun fix-xibka.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here