Friday, November 6, 2026
Home Sport UEFA Europa League: Sunderland megħluba minn Dinamo Zagreb fli Stadium of Light

UEFA Europa League: Sunderland megħluba minn Dinamo Zagreb fli Stadium of Light

0
57

Dinamo Zagreb kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Sunderland fir-raba’ ġurnata tal-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Europa League, hekk kif iż-żewġ gowls waslu fl-ewwel taqsima.

It-team Kroat fetaħ l-iskor fit-22 minuta meta Luka Stojkovic ikkontrolla l-ballun b’sidru wara azzjoni ta’ corner u b’volley mill-isbaħ għeleb lill-gowlkiper Robin Roefs.

Dinamo komplew juru superjorità u rdoppjaw il-vantaġġ fis-39 minuta. Din id-darba Stojkovic kien il-protagonist b’pass mill-aqwa li sab lil Dion Beljo, li kkonkluda b’mod preċiż biex għamilhom 2-0.

Sunderland ippruvaw jirreaġixxu fit-tieni taqsima u Wilson Isidor deher li naqqas id-distakk ftit wara l-mistrieħ, iżda l-goal ġie annullat wara intervent tal-VAR minħabba pożizzjoni ta’ offside.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here