Tuesday, April 23, 2024

UEFA Conference League: Goal fil-ħin miżjud jikkastiga lil Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans…..0

Levski Sofia………..…1

Quddiem folla ta’ madwar 4,500 spettatur, kellu jkun goal fil-ħin miżjud li kkastiga lil Hamrun hekk kif sfaw megħluba bl-iskor minimu ta’ 1-0. Kienu Levski li ħarġu iktar aggressivi fil-bidu tal-partita iżda mbagħad Hamrun wettqu reazzoni mill-aqwa u rnexxielhom iżommu l-pass mal-avversarji tagħhom u ħolqu wkoll diversi ċansijiet ta’ skor, fejn bdew kulma jmur jirrizużultaw bħala l-aqwa team fil-ground.

Madankollu, huma kellhom ipattu qares proprju għall-goal fl-aħħar tal-partita, għalkemm xorta huma jibqgħu b’ċans tajjeb li jiksbu l-kwalifikazzjoni għar-round li jmiss matul il-ġimgħa d-dieħla.

Hamrun kienu tattikament dixxiplinati u organizzati f’kull dipartiment tal-ground l-istess kif kienu Levski, iżda dawn tal-aħħar fit-tieni taqsima dehru inqas impostati tajjeb fil-ground. Dan għalkemm mill-aspett fiżiku Levski kienu superjuri għal Hamrun għalkemm kien hemm mumenti li l-Ispartans kienu ferm aħjar.

Ghal Hamrun iddebutta l-attakkant Luke Monetbello li ngħaqad maghhom mingħand Birkirkara fil-jiem li ghaddew.

Fl-10 minuta Levski Sofia rebħu penalty meta minn azzjoni ta’ corner Matthew Guillaumier waqqa’ lil Bilal Bari fil-kaxxa u kawża t’hekk ġie ammonit. Iżda mill-11-il metru nkariga ruħu Filip Krastev li ra t-tentattiv tiegħu jistampa ma’ sieq il-wieqfa, bl-Ispartans jeħilsuha ħafif.

Hamrun wieġbu fid-29 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Dodo li ġiet imdawra f’corner mill-goalkeeper u captain ta’ Levski Sofia, Nikolay Mihaylov.

Levski reġgħu ħolqu l-periklu 10 minuti wara permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Weverton  li iżda ntemmet barra.

Il-partita kompliet tisbieħ u fit-43 minuta minn freekick insidjuż ta’ Roko Prsa għal Hamrun, ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun ħarġu ferm aggressivi u mas-siegħa logħob Jonny għadda tajjeb lejn Dodo iżda dan kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jipi salvat b’siequ bi bravura minn Nikolay Mihyalov.

Levski wieġbu fid-79 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa ta’ Petkov li iżda għadda ferm għoli.

Huma skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ xutt ta’ FILIP KRASTEV minn pożizzjoni ideali li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Ispartans, Henry Bonello.

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Mashika Sukia (35-Igor Nedeljkovic 68), 10-Dodo (3-Bruno Ederson Domingos 81), 12-Roko Prsa (7-Luke Montebello 82), 27-Ognjen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan (Karl Micallef 88), 63-Jonny (22-Moussa Balla Sowe 68), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli Coach: Branko Nisevic

Levski Sofia: 13-Nikolay Mihaylov, 2-Jeremy Arnaud Petris, 5-Kellan Key Alberthus Alexander van Der Kaap, 6-Wanderson De Freitas Soares, 7-Georgi Milanov (8-Andrian Kraev 79), 17-Welton Felipe Parague De Melo, 18-Ronaldo Cezar Soares Dos Santos (88-Marin Plamenov Petkov 78), 19-Bilal Bari (14-Iliyan Stefanov 80), 23-Noah Sanko Sondberg, 30-Filip Krastev, 33-Jose Angel Cordoba Chambers Coach: Stanimir Stoliov

Referee: Willy Delajod (Franza)

Ass. Referees: Erwan Finjean, Philippe Jeanne (Franza)

Raba’ Uffiċjal: Thomas Leonard (Franza)

Skorers: F. Krastov 93 (L)

Ammoniti: S. Borg, M. Guillaumier (H), J. A. Cordoba Chambers (L)

Sport