HAMRUN SPARTANS……. 1
NIS RUNAVIK…………….. 2
(Agg: NSI Runavik 3-2)
Minn Cristian Muscat
Hamrun Spartans sfaw eliminati mill-UEFA Conference League meta fit-tieni leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tilfu bl-iskor ta’ 2-1 kontra NSI Runavik ta’ Faroe Islands għal aggregate ta’ 3-2 favur dawn tal-aħħar.
Peró, kien penalty mill-aktar kontroversjali fil-ħin miżjud li ta r-rebħa lill-avversarji li ġab miegħu protesti kbar mill-kamp Ħamruniż.
Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta permezz ta’ Jake Grech li iżda ftit seta’ jagħti saħħa fil-konklużjoni tiegħu.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u tmien minuti wara, resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Rafael Compri, xeħet cross mil-lemin li sab lill-attakkant Kolumbjan, Damir Ceter li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin imdawra f’corner.
Iżda, fit-42 minuta, kontra x-xejra tal-logħob, kienu Runavik li fetħu l-iskor, meta wara diżattenzjoni fil-midfield ta’ Hamrun, il-ballun intemm għand il-Pollakk, MICHAL PRZYBYLSK li b’xutt fil-baxx għeleb lil Celio bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel intemm fix-xibka.
Fit-53 minuta, l-Ispartans kisbu d-draw meta d-difiża ta’ Runavik ikklerjat qasir bil-ballun jasal għand ANTE CORIC li b’xutt mill-ewwel sammar il-ballun fix-xikba megħjun mill-wieqfa.
Fl-74 minuta, il-partitarji Ħamruniż għajtu l-għajta tal- goal meta Matthew Guillaumier venven xutt mid-distanza li ntemm ftit centimetri fuq il-mimduda.
Runavik wieġbu minuta biss wara meta Beinir Nolsoe kellu xutt bid-dawra minn tarf il-kaxxa li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Brażiljan, Celio, li dawwar f’corner.
Fil-85 minuta, is-sotitut Tobias Hestad, li kien ilu biss fil-ground sitt minuti, falla l-mira minn qagħda ideali.
U fil-ħin miżjud, f’azzjoni tassew inkredibbli proprju Emerson Marcelina, miss il-ballun b’idu fil-kaxxa, wara li deher li mar barra billi qabeż il-linja, r-referee mil- Lussemburgu, Jeremu Miller, ordna penalty, li minnu PETUR KNUDESN, ma ħafirx.
Din id-deċiżjoni ġabet magħha reazzjoni u protesti rabjużi mill-Ħamruniżi!
Hamrun S.: Celio, Rafael Compri, Kean Scicluna, Emerson Marcelina (Emmanuel Ernest 96), Vincenzo Polito (Ryan Camenzuli 96), Matthew Guillaumier, Ante Coric (Kleri Serber 80), Jake Grech, Jack Ipalibo (Lucas Villela 46), Damir Ceter Tobias Bjornstad (Ederson 46) – Coach: Stefano Sanderra
Runavik: Tom Amos, Jann Benjaminsen, Daniel Obbekjaer, Sammy Skytte (Tobias Hestad 79), Viljormur Davidsen, Filip Drinic (Aron Knudsen 79), Marius Lindh, Eli Joensen, Beinir Nolsoe, Michal Przybylski, Petru Knudsen – Coach: Sigurdur Eyjolfsson
Referee: Jeremy Muller (Lussemburgu)
assistenti: Dani Dias Balsa, Kevin Stammet (Lussemburgu)
Raba’ Uff.: Loic Thomas (Lussemburgu)
Skorers: M. Przybylski 43, P. Knudesn pen. 94 (R), A. Coric 53 (H)
Ammoniti: Ederson, D. Ceter, E. Ernest (H), P. Knudsen (R)




