Tuesday, September 29, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Bosnja jirbħu konfront bil-bibien magħluqa

UEFA Nations League: Bosnja jirbħu konfront bil-bibien magħluqa

0
53

Ir-Rumanija sofrew telfa ta’ 4-2 kontra l-Bosnja u Herzegovina f’partita tal-UEFA Nations League li ntlagħbet bil-bibien magħluqa minħabba sanzjoni tal-UEFA għall-imġieba tal-partitarji. 

Il-Bosnja ħadu l-kontroll tal-logħba u fetħu l-iskor permezz ta’ Armin Gigovic, li skorja b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Esmir Bajraktarevic. Tarik Muharemovic imbagħad irdoppja l-vantaġġ b’daqqa ta’ ras oħra minn corner ta’ Ivan Basic.

Ir-Rumanija wieġbu permezz ta’ Daniel Birligea, li naqqas id-distakk b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Lisav Eissat. Madankollu, qabel il-mistrieħ il-Bosnja reġgħu stabbilew vantaġġ ta’ żewġ goals meta Haris Tabakovic approfitta minn żball tal-goalkeeper Ionut Radu biex skorja t-tielet wieħed.

Ftit wara l-bidu tat-tieni taqsima, Ermin Mahmic għamilhom 4-1 b’daqqa ta’ ras oħra wara cross ta’ Bajraktarevic. Alexandru Cicaldau naqqas id-distakk b’xutt mill-bogħod, iżda r-Rumanija ma rnexxilhiex tirkupra. 

B’dan ir-riżultat, huma baqgħu fl-aħħar post ta’ Grupp 4 tal-League B, filwaqt li l-Bosnja telgħet fil-quċċata.

Soccer Football – UEFA Nations League – Group B4 – Romania v Bosnia and Herzegovina – National Arena, Bucharest, Romania – September 28, 2026 General view during the match Inquam Photos via REUTERS/Eduard Vinatoru ROMANIA OUT. NO COMMERCIAL OR EDITORIAL SALES IN ROMANIA. THIS IMAGE HAS BEEN SUPPLIED BY A THIRD PARTY.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here