Saturday, November 14, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Goleada ta’ 7 goals mill-Olanda fuq il-Greċja

UEFA Nations League: Goleada ta’ 7 goals mill-Olanda fuq il-Greċja

0
35

L-Olanda kisbet rebħa kbira ta’ 7-0 kontra l-Greċja f’Amsterdam fil-UEFA Nations League, f’wirja dominanti li saħħet il-pożizzjoni tagħha fil-quċċata ta’ Grupp A2.

Tijjani Reijnders kien il-protagonista ewlieni, hekk kif skorja hat-trick fl-ewwel taqsima. Crysencio Summerville fetaħ l-iskor fis-sitt minuta, qabel Reijnders rdoppja sitt minuti wara. Il-midfielder kompla jżid il-vantaġġ fit-18-il minuta u għamilhom 4-0 fit-33 minuta.

Jurrien Timber skorja l-ħames goal fl-40 minuta. Huwa reġa’ sab ix-xibka fid-59 minuta, qabel Donyell Malen għamilhom 7-0 żewġ minuti wara.

B’din ir-rebħa, l-Olanda telgħet għal 11-il punt, tliet punti fuq il-Greċja u l-Ġermanja u viċin li tikkwalifika għall-kwarti-finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here