Wednesday, October 7, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Mikel Merino l-protagonista għal Spanja kontra l-Kroazja

UEFA Nations League: Mikel Merino l-protagonista għal Spanja kontra l-Kroazja

0
46

Spanja għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta’ 2-1 fil-UEFA Nations League, grazzi għal żewġ goals ta’ Mikel Merino fit-tieni taqsima.

Il-Kroazja marru fil-vantaġġ fis-17-il minuta permezz ta’ Ivan Perisic, wara li Igor Matanovic kellu l-ewwel tentattiv salvat minn Unai Simon. 

Spanja għamlu reazzjoni fit-tieni taqsima u kisbu d-draw fis-61 minuta permezz ta’ Merino, wara assist ta’ Dani Olmo.

Fid-79 minuta, il-Kroazja sofrew daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa Perisic wara li ntwera t-tieni karta safra. 

Imbagħad, żewġ minuti mit-tmiem, Merino ta r-rebħa lil Spanja meta kkonkluda mill-pass ta’ sieħbu fit-team ta’ Arsenal, Martin Zubimenti.

B’hekk, l-Ispanjoli baqgħu fil-quċċata ta’ Grupp A3 b’erba’ rebħiet minn erba’ logħbiet, filwaqt li l-Kroazja sofrew it-tieni telfa konsekuttiva.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here