UEFA EUROPA LEAGUE
Atalanta wettqu l-akbar sopriża tal-ġurnata meta f’Anfield għelbu lil Liverpool bl-iskor ta’ 3-0 biex dawn tal-aħħar għandhom ċans kbir li jiġu eliminati.
Liverpool v Atalanta – Kontra kull mistenni Atalanta umiljaw lil Liverpool meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0 bl-eroj tagħhom ikun Gianluca Scamacca (38, 60) li skorja doppjetta filwaqt li Mario Pasalic (83) issiġilla r-rebħa għat-team minn Bergamo.
Milan v Roma – Milan laqgħu lil Roma u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Gianluca Mancini (17).
Leverkusen v West Ham – Bayer Leverkusen komplew bis-sensiela pożittiva tagħhom meta għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 2-0, bil-protagonisti jkun Jonas Hofmann (83) u Victor Boniface (92).
Benfica v Marseille – Benfica għelbu lil Marseille bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Rafa Silva (16) u Angel Di Maria (52) filwaqt li Pierre Emerick Aubameyang (67) wieġeb għall-Franċiżi
UEFA CONFERENCE LGE
Vic. Plzen v Fiorentina – Victoria Plzen u Fiorentina temmew fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultat iffavorixxa lill-Viola.
Olympiakos v Fenerbahce – Olympiakos għelbu lil Fenerbahce bl-iskor ta’ 3-2 f’partita mill-aktar eċċitanti.
Huma fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn Kostas Fortounis (8), Stevan Jovetics (32) u Chiquinho (57) filwaqt li Dusan Tadic (68 pen) u Irfan Kahveci (74) wieġbu għat-Torok.
Aston Villa v Lille – Aston Villa kisbu rebħa ta’ 2-1 fuq Lille.
Il-goals tal-Villans ġew skorjati minn Ollie Watkins (13) u John McGinn (56) filwaqt li Bafode Diakite (85) reġa’ daħħal lill-Franċiżi f’dan il-konfront.
Brugge v PAOK – Club Brugge għelb lil PAOK 1-0, bl-uniku goal tal-partita jasal minn Hugo Vetlesen wara sitt minuti.