Thursday, April 10, 2025

UEL: Draw drammatiku bejn Lyon u Man Utd

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Europa League, il-konfront bejn Lyon u Manchester United kellu tmiem drammatiku hekk kif intemm fi draw ta’ 2-2.

Lyon v Man Utd – Il-partita bejn Lyon u Manchester United kellha tmiem mill- aktar eċċitanti. 

Kienu l-Franċiżi li fetħu l-iskor minn free-kick ta’ Thiago Almada (26) li minkejja kien dgħaj­jef xorta spiċċa fix-xibka permezz ta’ żball tal-goalkeeper tar-Red De­vils, André Onana.  Iżda fil-45 minuta, eżatt qabel tmiem l-ew­wel taqsima, ir-Red Devils kisbu draw minn daqqa ta’ ras ta’ Lenny Yoro.

Il-United ħasbu li skorjaw il-goal tar-rebħa minn Jo­shua Zirkzee (88). Iżda Lyon kisbu d-draw minn Rayan Cherki (93).

Bodo-Glimt v Lazio – Lazio marru n-Norveġja u kontra kull mistenni sfaw megħluba minn Bodo-Glimt bl-iskor ta’ 2-0 biex issa l-ġimgħa d-dieħla jridu jirb­ħu b’differenza ta’ tliet goals biex jikkwalifikaw għas-se­mi-finali … li fil-veritá se jkollhom impenn diffiċli.

Wara taqsima mingħajr goals, in-Norveġiżi skorjaw darbtejn mingħajr risposta bl-eroj ikun Ulrik Saltnes (47, 69) li skorja ż-żewġ goals. 

Tottenham v Eintracht F. – Tottenham ospitaw lil Eintracht Frankfurt u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1.

Kien Hugo Ekitike (6) li fetaħ l-iskor għal Eintracht b’xutt minn 20 metru bogħod wara azzjoni perso­nali.

Iżda fis-26 minuta, Spurs kisbu d-draw minn daqqa ta’ takkuna ta’ Pedro Porro. 

Rangers v Athletic – Rangers spiċċaw fi draw ta’ 0-0 kontra Athletic Bilbao minkejja li lagħbu għal 80 minuta bi player inqas meta fit-13-il minuta tkeċċa Robin Propper wara li kkommetta foul professjoni fuq Inaki Williams.

CONFERENCE LEAGUE

Legia Warsaw v Chelsea – Chelsea prattikament qatgħu l-passaġġ tagħhom għas-semi finali meta marru l-Polonja u għelbu lil Legia Warsaw bl-iskor ta’ 3-0.

Minkejja li Chelsea ddo­minaw, huma kellhom jis­tennew sat-tieni biex skorjaw it-tliet goals minn Ty­rique George (47) u Noni Madueke (57, 74). Ta’ min jgħid ukoll li l-Pensioners fallew penalty minn Christopher Nkunku (73).

Real Betis v Jagiellonia – F’darhom Real Betis għelbu lil Jagiellonia tal-Polonja bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn Cedric Bakambu (24) u Jesus Rodriguez (45).

Celje v Fiorentina – Barra minn darhom, Fiorentina għelbu lit-team Sloven ta’ Celje bl-iskor ta’ 2-1.

Iż-żewġ tal-Viola ġew skorjati minn Luca Ranieri (27) u Rolando Mandragora (62 pen) filwaqt li Logan Delaurier-Chaubet (68 pen) wieġeb għat-telliefa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport