Meta ntlagħbet it-tieni ġurnata tal-Fażi tal- Kampjonat tal-UEFA Europa League, spikka id-draw ta’ 3-3 ta’ Manchester United għand Porto hekk kif salvaw ir-riżultat fil-ħin miżjud.
Ferencvaros v Tottenham – Tottenham Hotspur marru l-Ungerija u għelbu lil Ferencvaros bl-iskor ta’ 2-1. Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Pape Matar Sarr (23) u Brennan Johnson (86) iżda Barnabas Varga (93) naqqas il-marġni għal Ferencvaros.
Lazio v Nice – Lazio kisbu rebħa tajba kontra Nice bl-iskor ta’ 4-1.
Il-protagonisti kienu Pedro (20), Valentin Castellanos (35, 53) u Mattia Zaccagni (67 pen) filwaqt li Jeremie Boga (41) wieġeb għat-team Franċiż.
Slavia Prague v Ajax – Slavia Prague u Ajax temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Branco van den Boomen (18 pen) li ta l-vantaġġ lill-Olandiżi iżda Tomas Chory (67) salva r-riżultat għaċ-Ċeki.
Ajax kellhom lil Youri Baas (75) imkeċċi.
Porto v Man Utd – Porto laqgħu lil Manchester United u spiċċaw fi draw ta’ 3-3.
Wara li r-Red Devils fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals, minn Marcus Rashford (7) u Rasmus Hojlund (20), il-Portugiżi skorjaw tliet darbiet minn Pepe Aquino (27) u Samu Omorodion (34, 50).
Iżda meta kollox deher li Porto kienu se jieħdu t-tliet punti, Harry Maguire (93) salva lir-Red Devils permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Fit-83 minuta, il-United kellhom lil Bruno Fernandes imkeċċi għal żewġ karti sofor.
Elfsborg v Roma – Roma marru l-Isvezja u ġew sorpriżi minn Elfsborg bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal jasal minn Michael Baidoo (44 pen).
Rangers v Lyon – F’darhom, Rangers sofrew telfa kbira ta’ 4-1 minn Lyon, bl-iskorers ikunu Malick Fofana (10, 55), Alexandre Lacazette (19, 45) filwaqt li Tom Lawrence (14) skorja għall-Iskoċċiżi.