Meta lbieraħ ittellgħu l-poloz tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Europa League, fi Grimaldi Forum, f’Monaco, l-attenzjoni prinċipali kienet fuq Liverpool li din is-sena fallew milli jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League.
Fil-veritá ġiethom polza pjuttost faċli meta l-avversarji tagħhom se jkunu LASK, Union St-Gilloise u Toulouse.
Mhux l-istess jista’ jingħad għad-debuttanti Brighton li se jaffrontaw lil Ajax, Marseille, u AEK Athens.
Intant, b’kollox kien hemm 32 team fil-polza hekk kif inqasmu f’erba’ pots skond is-seedings tagħhom.
Bħala r-rebbieħa tal-UEFA Europa Conference League 2022–23 (meta fil-final għelbu lil Fiorentina 2-1), West Ham United tpoġġew f’Pot 1, jiġifieri, fl-aħjar seed.
Il-Hammers għandhom polza delikata meta se jiffaċċjaw lil Olympiakos, Freiburg u TSC Bracka Topola.
Aris Limassol, Brighton, BK Hacken, Rakow Czestochowa, Servette u TSC se jagħmlu l-ewwel dehra tagħhom f’din il-Fażi tal-Gruppi.
Barra minn hekk, Brighton ikkwalifikaw għall-kompetizzjonijiet Ewropej għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.
B’kollox 21 assoċjazzjonijiet differenti se jkunu rappreżentati fil-fażi tal-gruppi.
Il-finali se tintlagħab fit-22 ta’ Mejju, 2024, fl-Aviva Stadium, l-Irlanda.
Il-poloz ittellgħu hekk:
Group A: West Ham, Olympiacos, Freiburg, TSC Bracka Topola
Group B: Ajax, Marseille, Brighton, AEK Athens
Group C: Rangers, Real Betis, Sparta Prague, Aris Limassol
Group D: Atalanta, Sporting Lisbon, Sturm Graz, Rakow Czestochowa
Group E: Liverpool, LASK, Union St-Gilloise, Toulouse
Group F: Villarreal, Rennes, Maccabi Haifa, Panathinaikos
Group G: Roma, Slavia Prague, Sheriff Tiraspol, Servette
Group H: Bayer Leverkusen, Qarabag, Molde, Hacken