Monday, December 23, 2024

UEL: Vantaġġ tajjeb għal Bayer Leverkusen fuq Roma

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel leg tas-semi-finali tal-UEFA Europa Lea­gue, Bayer Leverkusen komplew juru l-qawwa tagħhom meta barra minn darhom għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 2-0 … biex għandhom vantaġġ tajjeb.

UEFA EUROPA LEAGUE

Roma v Leverkusen – Bayer Leverkusen marru għand Roma u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0.

Huma fetħu l-iskor fit-28 minuta, meta Alex Grimaldo għadda lejn Florian Wirtz li għeleb lill-goalkeeper, Mile Svilar.

Imbagħad Robert Andrich aċċerta mir-rebħa kwarta mit-tmiem.

Marseille v Atalanta – Marsielle u Atalanta temmew fi draw ta’ 1-1. Atalanta ma setgħux kellhom bidu aħjar meta fil-11-il minuta huma fetħu l-iskor meta Teun Koop­mei­ners għadda through-pass lejn Gianluca Scamacca li kkontrolla u xeħet fix-xib­ka.

Iżda fl-20 minuta,  il-Franċiżi kisbu d-draw b’xutt imdawwar ta’ Chancel Mbemba minn tarf il-kaxxa.  

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Fiorentina v Club Brugge – Fiorentina ospitaw lil Club Brugge u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. 

Il-Viola kienu dejjem fil-vantaġġ permezz ta’ Riccardo Sottil (5) u Andrea Belotti (37) iżda Hans Vanaken (17 pen) u Igor Thiago (63) kisbu d-draw (2-2) għall-Belġjani li kellhom lil Raphael Onyedika (61) imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Iżda fil-ħin miżjud M’Bala Nzola  skorja l-goal tar-rebħa għal Fiorentina 

Aston Villa v Olympiakos – Kontra kull mistenni, f’darhom Aston Villa sfaw megħluba minn Olympia­kos bl-iskor ta’ 4-2.

Il-goals tal-Griegi waslu minn hat-trick tal-attakkant Marokkin, Ayoub El Kaabi (16, 29, 56 pen) u Santiago Hezza (76).

Il-goals tal-Villans waslu minn Ollie Watkins (45) u Moussa Diaby (52).

Ekonomija

Sport