Ufficjal Korrettiv li kien għadu kif spiċċa mix-xogħol u fi triqtu lejn id-dar innota persuna suspettata li qed twettaq reat.
Il-każ seħħ ilbieraħ fil-lokalità ta’ Ħal Qormi fejn il-persuna suspettata allegatament kienet qed tisraq minn diversi vetturi.
It-taqsima tal-Forzi Dixxiplianti fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) qalet li issa l-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija.
Il-GWU rringrazzjat lill-Uffiċjal Korrettiv konċernat għall-intervent tiegħu biex ikollna soċjetà aktar sigura.