Thursday, April 18, 2024

Il-Prim Ministru Tuneżin imkeċċi wara protesti vjolenti fuq il-Covid-19

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-President tat-Tuneżija keċċa lill-Prim Ministru u ssospenda l-Parlament, wara li saru diversi protesti vjolenti madwar il-pajjiż.

Nhar il-Ħadd, eluf ta’ dimostranti rrabjati għall-immaniġġjar ħażin tal-gvern b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 ħarġu fit-toroq.

Il-President Kais Saied ħabbar li se jkun qed jieħu ħsieb bl-għajnuna ta’ Prim Ministru ġdid, u qal li kellu l-intenzjoni li jġib il-kalma fil-pajjiż.

Wara laqgħa ta’ emerġenza, f’indirizz televiżiv is-Sur Saied: “Aħna ħadna dawn id-deċiżjonijiet … sakemm il-paċi soċjali terġa’ lura fit-Tuneżija u sakemm insalvaw l-istat.”

Hekk kif ingħatat l-aħbar li l-Prim Ministru Hichem Mechichi kien tkeċċa, id-dimostranti bdew jiċċelebraw.

Ekonomija

Sport