Friday, April 26, 2024

Adam Peaty iżomm it-titlu Olimpiku fil-breaststroke

Aqra wkoll

L-għawwiem Brittaniku Adam Peaty irrepeta s-suċċess ta’ Rio 2016 meta rebaħ il-100m breaststroke.

Huwa waqqaf l-arloġġ f’ħin ta 57.37 sekondi li kien il-ħames l-aħjar ħin fl-istorja tal-Olimpjadi. 

Iżda fl-istess waqt Peaty qed igawdi r-rekord tad-dinja li kien kiseb fi Gwangju, fil-Korea t’Isfel, f’Lulju 2019 –  56.88 … kif ukoll dak Olimpiku ta’ 57.13, f’Rio.  

Fit-tieni pożizzjoni spiċċa l-Olan­diż Arno Kamminga (58.00) segwit mit-Taljan Nicolo Martinenghi (58.33). 

Għat-tieni tellieqa konsekuttiva, l-Istati Uniti baqgħu mingħajr midalja hekk kif Michael Andrew temm fr-raba’ post. 

Sport