Saturday, July 25, 2026
Home Sport Judoka ieħor jirtira biex ma jiffaċċjax lill-Iżraelit Tohar Butbul

Judoka ieħor jirtira biex ma jiffaċċjax lill-Iżraelit Tohar Butbul

0
1090
Tokyo 2020 Olympics - Judo - Men's 73kg - Quarterfinal - Nippon Budokan - Tokyo, Japan - July 26, 2021. Tohar Butbul of Israel reacts after losing REUTERS/Sergio Perez

It-tieni atleta tal-judo rtira mill-Olimpjadi biex ma jaffrontax lil Tohar Butbul ta’ Iżrael fil-kategorija tat-73 kg.

Uffiċjali Olimpiċi qalu li Mohamed Abdalrasool tas-Sudan ma deherx biex jiffaċċja lil Butbul fir-round ta’ 32 minkejja li kien qed jintiżen qabel il-ġlieda. 

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo ma ħabbritx immedjatament ir-raġuni għaliex Abdalrasool ma kkompetiex u l-korp governattiv ma rrispondiex għal talbiet għal kummenti. Uffiċjali Olimpiċi Sudaniżi wkoll ma kkummentawx.

Fethi Nourine tal-Alġerija kien ntbagħat id-dar mil-Logħob ta’ Tokjo u ġie sospiż mill-IJF nhar is-Sibt wara li rtira biex jevita li jaffronta lil Butbul.Nourine kellu jiffaċċja lil Abdalrasool biex ir-rebbieħ jilgħab kontra l-istess Butbul.