Saturday, April 27, 2024

Uffiċjal Korrettiv jintervjeni u jwaqqaf raġel milli jkompli jaggredixxi mara f’Birżebbuġa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ilbieraħ l-Erbgha l-1 ta’ Lulju għall-ħabta tat-3:00 p.m fil-lokalità ta’ Birżebbuga, raġel kien qed jaggredixxi mara permezz ta’ injama. Uffiċjal Korrettiv li kien ‘off duty’ u nzerta fl-inħawi sema’ għajjat u malli avviċina lejn l-aggressur u l-vittma nnota li raġel kien qed isawwat mara b’injama u li l-istess mara kellha diversi feriti. L-Uffiċjal intervjena minnufih biex jiddefendi lill-vittma u kkontrolla s-sitwazzjoni sakemm waslu l-Pulizija fuq il-post. Li ma kinitx għall-azzjoni ta’ dan l-Uffiċjali Korrettiv il-każ kien ikollu konsegwenzi ferm aktar serji.

Il-maġġoranza assoluta tal-Uffiċjali Korrettivi huma nies dedikati ħafna u jagħmlu xogħol li ħafna drabi ma tantx jidher u sfortunatament ma tantx huwa apprezzat. L-azzjoni li ħa dan l-Uffiċjal hi ta’ min wieħed japprezzaha u jfaħħarha, lill-pubbliku ngħidulu li dik il-vittma setgħet kienet membru tal-familja tiegħek jew xi persuna li tgħożż.

Sport