Thursday, May 16, 2024

Under 21 – Bidu tal-ħolm għall-coach Gilbert Agius

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat  –  ritratt Christine Borg

Malta …………………4

Irlanda ta’ Fuq ……..1

Kien bidu tal-ħolm għall-coach Gilbert Agius fit-tmun tat-team naz­zjonali ta’ Taħt il-21 sena f’logħba uffiċjali kompetittiva hekk kif Malta għelbet lill-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor kbir ta’ 4-1 valida minn Grupp 3 tal-Kampjonat Ewropew.

Kienet rebħa meritata għall-Maltin li kienu tattikament ferm dixxiplinati u impostati tajjeb fil-ground, bl-Irlandiżi jippruvaw iwet­­tqu xi tip ta’ reazzjoni qud­diem is-supremazija Mal­tija.

Il-Maltin fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fl-24 minuta meta l-captain Ayrton Attard xeħet cross għan-nofs b’JAKE ENGERER minn pożizzjoni ferm ideali jitfa’ ġewwa.

Fis-36 minuta me­ri­ta­tament irduppjaw meta Adam Magri Overend serva lil sieħbu l-ġdid fit-team ta’ Floriana, MATTIA VESELJI, li ma ħafirx.

U jidher li l-Maltin ma kinux kuntenti b’dan il- vantaġġ ta’ żewġ goals hekk kif fl-40 minuta, Sam McClelland waqqa’ lil Veselji fil-kaxxa u rebaħ penalty.

Mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess MATTIA VESELJI li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ lill-goalkeeper Irlandiż naħa u l-ballun fin-naħa opposta biex b’hekk irreġistra doppjetta.

Il-Maltin komplew jiddominaw u fil-51 minuta kienu sfortunati li ma skorjawx ir-raba’ goal meta Veselji kellu t-tentattiv tiegħu minn taħt il-lasti jistampa mal-wieqfa. 

Kienet meħtieġa reazzjoni mmedjata mill-Irlandiżi u hekk ġara meta fit-58 minuta, huma naqqsu l-margni tal-iskor meta s-sostitut PATRICK LANE minn azzjoni personali kkontrolla l-ballun tajjeb, dar ma’ żewġ difensuri Maltin qabel venven xutt minn barra l-kaxxa li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.

Fit-78 minuta, Mattia Veselji, kellu f’saqajh ir-raba’ goal għal pajjiżna iżda wara li avvanza tajjeb fil-kaxxa ra lil Hughes isalva b’siequ biex evita goal ċert.

Madankollu, fl-84 minuta, il-Maltin issiġillaw ir-reb­ħa meta minn azzjoni personali, Adam Magri Ove­rend temm ġirja tajba qabel għadda l-ballun lil AYRTON ATTARD li fajjar xutt minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Irlandiż isalva.

MALTA: 1-Cain Formosa, 2-Adam Magri Overend, 4-Christian Gauci (14-Karl Mohnani 94), 6-Marcus Grima, 7-Ayrton Attard (16-Jean Paul Attard 84), 9-Mattia Veselji, 11-Alejandro Garzia, 18-Carlo Zammit Lonardelli, 19-Matthew Ellul (3-Owen Spiteri 72), 20-Bradley Sciberras (10-Jamie Sixsmith 84), 21-Jake Engerer (22-Jamie Carbone 85)  – Coach: Gilbert Agius

IRLANDA FUQ: 1-Liam Hughes, 2-Trai Hume, 3-Aaron Donnelly, 4-Kofi Balmer, 5-Sam McClelland (13-David Kyle McClelland 46), 6-Ethan Galbraith, 7-Jack Scott (22-Harry Anderson 85), 8-Caolan Boyd-Munce (20-Oisin Smyth 46), 9-Ryan Waide, 11-Barry Crowe (21-Patrick Lane 46), 18-Carl Johnston (17-Christopher Conn 85)  – Coach: John Schofield

REFEREE: Milovan Milacic (Montenegro)

ASS. REFEREES: Aleksandar Djikanovic, Dragan Vujovic (Montenegro)

RABA’ UFF.: Predrag Radovanovic (Montenegro)

SKORERS:  J. Engerer 24, M. Veselji 36, pen. 40, A. Attard 84 (M), P. Lane 58 (IF)

AMMONITI: C. Formosa (M), K. Balmer, E. Galbraith (IF)

Sport