Wednesday, April 24, 2024

Sewwieq tal-mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 60 sena residenti l-Mosta sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.20a.m fi Triq il-Parroċċa, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Peugeot Tweet, misjuq minn dan ir-raġel, u karozza Toyota CHR, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport