Russja………..6
Malta…………0
Wara r-rebħa inkredibbli ta’ 4-1 fuq l-Irlanda ta’ Fuq f’darna, nhar il-Ġimgħa li għadda, it-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena din id-darba sab ostaklu ferm diffiċli meta fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew safa megħlub mir-Russja bl-iskor kbir ta’ 6-0 … bil-goals jaslu tlieta f’kull taqsima f’temp ta’ 12-il minuta kull darba.
Sfortunatament għalina dan il-konfront spiċċa mingħajr l-ebda storja.
Ir-Russi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss sitt minuti permezz ta’ DANIIL KLHUSEVICH minn pożizzjoni angolata.
Huma komplew fuq l- offensiva u fl-14-il minuta rduppjaw meta Gamid Agalarov pprovda l-assist lil DANIIL KHLUSEVICH li viċin ma żbaljax wara li d-difiża Maltija naqset li tikklerja l-periklu.
Tliet minuti biss wara huma prattikament għalqu l-partita meta GAMID AGALAROV rtokka l-ballun għal ġox-xibka.
Fl-ewwel nofs siegħa tat-tieni taqsima, il-Maltin żammew għall-pressjoni tal-avversarji iżda fl-74 minuta, skorjaw ir-raba’ goal meta s-sostitut Iosifov serva lil GAMID AGALAROV li b’xutt imdawwar minn tarf il-kaxxa għeleb lill-goalkeeper Cain Formosa, biex huwa wkoll irreġistra doppjetta.
Fit-80 minuta, ir-Russi komplew ikabbru l-iskor b’xutt qawwi ta’ KIRILL BOZHENOV minn barra l-kaxxa, biex sitt minuti wara, KIRILL KRAVTSOV issiġilla r-rebħa għat-team ospitu b’xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka.
Fid-90 minuta, ir-Russi setgħu għamluhom sebgħa iżda Ruslan Litvinov ġie mċaħħad mill-wieqfa.
Russja: 23-Maksim Borisko, 2-Daniil Khlusevich (19-Nikita Iosifov 65), 5-Danila Prokhin, 22-Kirill Bozhenov, 15-Danil Stepanov, 7-Edgar Sevikyan (20- Vladislav Karapuzov 56), 18-Nail Umyarov, 6-Ruslan Litvinov, 8-Konstantin Maradishvili (10- Mikhail Ignatov 75), 21-Danil Prutsev (14-Kirill Kravtsov 56), 11- Gamid Agalarov (17- Kirill Klimov 75) – Coach: Mikhail Galationov
Malta: 1-Cain Formosa, 2-Adam Magri Overend, 18-Carlo Zammit Lonardelli, 19-Matthew Ellul, 14-Karl Mohnani, 20-Bradley Sciberras (17-Jeremy Micallef 78), 6-Marcus Grima, 7-Ayrton Attard (16-Jean Paul Attard 93), 11-Alejandro Garzia (8-Andreas Vella 93), 21-Jake Engerer, 22-Jamie Carbone (10-Jamie Sixsmith 65) – Coach: Gilbert Agius
Referee: Artyom Kuchin (Kazakhstan)
Assistenti: Denis Labashov, Sergey Kalachyov (Kazakhstan)
Raba’ Uff.: Bulat Sariyev (Kazakhstan)
Skorers: D. Klhsusveich 6, 14, G. Agalarov 17, 74, K. Bozhenov 80, K. Kravtsov 86 (R)
Ammoniti: D. Prutsev (R), C. Zammit Lonardelli (M)