Friday, December 20, 2024

Under 21: Spanja wisq dominanti fuq il-Maltin

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Malta ………0

Spanja………5

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena safa megħlub minn dak ta’ Spanja bl-iskor ta’ 5-0 liema partita kienet valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni ta’ Grupp 3 tal-Kampjonat Ewropew.

Kif jindika r-riżultat, l-avversarji kienu wisq tajbin għall-players tagħna fejn saħansitra dehret id-differenza tal-livell bejn iż-żewġ timijiet hekk kif l-Ispanjoli jinsabu fil- quċċata ta’ dan il-grupp.

L-Ispanjoli mill-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u fis-16-il minuta  kellhom ferħa bla temma meta Ohan Sabacet għadda tajjeb lejn il-captain Abel Ruiz li permezz ta’ xutt mill-viċin xeħet fix-xibka iżda r-refe­ree kien pront u ħassar il-goal minħabba offside.

Żewġ minuti biss wara, l-avversarji resqu qrib meta Oihan Sancet kellu xutt mill-viċin salvat mill- goalkeeper Cain Formosa.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-23 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ SERGIO GOMEZ li ma ta l-ebda ċans lil Formosa jsalva.

U bilkemm għaddew żewġ minuti li l-Ispanjoli ma rduppjawx l-iskor meta ABEL RUIZ approfitta minn indeċiżjoni tal-goalkeeper Malti u b’faċilitá kbira minn pożizzjoni idea­li tefa’ ġewwa. 

Wara dan il-goal, l-avversarji komplew bid-dominju tagħhom u ma kienet l-ebda sorpriża li fid-39 minuta skor­jaw it-tielet goal permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ HUGO GUILLA­MON.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ispanjoli komplew bl-is­tess ritmu tal-ewwel waħda u fil-50 minuta skorjaw ir-raba’ goal meta s-sostitut JULEN LOBETE li kien ilu biss ħames minuti fil-ground, qabbeż il-ballun minn fuq Formosa permezz ta’ lob delizzjuż.

Fis-86 minuta, huma fallew ċans tad-deheb li jiskorjaw il-ħames goal meta minn azzjoni ta’ corner José Mondragon mill-viċn xeħet barra. Iżda żewġ minuti wara ABEL RUIZ issiġilla r-rebħa b’xutt b’nofs dawra  wara li rċieva minn Julen Lobete wara azzjoni personali.

Minkejja li kienet wirja qalbiena mill-players Maltin ma setgħu jagħmlu xejn quddiem il-qawwa Spanjola.

MALTA: 1-Cain Formosa, 4-Christian Gauci (5-Adam Bradshaw 82), 6-Marcus Grima, 7-Ayrton Attard (17-Gianluca Sciberras 74), 8-Andreas Vella, 11-Alejandro Garzia (14-Karl Mohnani 74), 16-Jake Ghio (22-Jamie Carbone 46), 18-Carlo Zammit Lonardelli, 19-Matthew Ellul, 20-Bradley Sciberras (10-Jamie Sxixsmith 74), 21-Jake Engerer – Coach: Gilbert Agius

SPANJA: 13-Julen Agirrezabala Adtulez (1-Joan Garcia 75), 4-Hugo Guillamon, 5-Alejandro Frances (15-Jose Manuel Fontan Mondragon 46), 6-Unai Vencedor Paris (20-Jose Gragera Amado 54), 7-Gaspar Campos-Anso, 8-Oihan Sancet, 9-Abel Ruiz, 12-Sergio Carreira Vilarino, 16-Benat Turrientes (21-Sergio Camello 61), 17-Sergio Gomez (18-Julen Lobete 46), 22-Manuel Sanchez   – Coach: Luis de la Fuente

REFEREE: Dario Bel (Kroaz­ja)

ASS. REFEREES: Marjan Tomas, Kruno Saric (Kroazja)

RABA’ UFF.: Zdenko Lovric (Kroazja)

SKORERS: S. Gomez 23, A. Ruiz 25, H. Guillamon 39, J. Lobete 50, A. Ruiz 88 (S)

AMMONITI: J. Ghio (M), N. Williams Arthuer (S)

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport