Friday, April 26, 2024

Lovro Majer – l-eredi ta’ Luka Modric?

Aqra wkoll

Il-football Kroat ilu żmien twil jirriżulta bħala produzzjoni interminabbli ta’ midfielders ċentrali li jispikkaw minħabba l-kwalità teknika eċċezzjonali tagħhom. Matul l-aħħar għaxar snin biss ir-runners-up tat-Tazza tad-Dinja pproduċew it-talenti ta’ Luka Modric, Mateo Kovacic, Marcelo Brozovic u Ivan Rakitic, lista li magħha issa żdied l-isem ta’ Lovro Majer. Majer, midfielder ta’ 23 sena spara għall-attenzjoni tal-pubbliku usa nhar il-Ħadd li għadda b’wirja kontra Lyon, iż-żagħżugħ ġie vvutat bħala l-player tal-partita fir-rebħa kbira ta’ 4-1 kontra t-team mil-Ligue 1 immexxi minn Bruno Génésio.

Majer trabba mal-midfielder ta’ Real Madrid Modric bħala l-idolu tiegħu  li baqa’ jilgħab mal-istess club għal tliet snin qabel ma ffirma ma’ Rennes fis-sajf li għadda għal €12-il miljun wara li ġibed l-għajn ta’ scouts minn madwar l-Ewropa fl-ogħla diviżjoni Kroata. Għalkemm dam biex sab saqajh fil-Ligue 1, Majer issa sar membru ewlieni tat-team ta’ Génésio fl-ispinta tagħhom għall-kwalifikazzjoni taċ-Champions League.

B’Saqajh xellugija mill-aqwa, eleganti fuq il-ballun u player li rasu dejjem ’il fuq, Majer huwa l-aħħar prodott tal-midfield Kroat li qed jaspira li jieħu post Modric bħala n-numru 10 tat-team nazzjonali meta l-player ta’ 36 sena jiddeċiedi li jirtira.  Majer diġà lagħab darbtejn mal-Kroazja u l-esperjenza tiegħu fil-Ligue 1 mistennija tikkonsolida postu fil-pjanijiet ta’ Zlatko Dalić qabel it-Tazza tad-Dinja s-sena d-dieħla.

Majer huwa meqjus b’mod ġenerali bħala wieħed mill-akbar talenti li ħarġu mill-pajjiżi Baltiċi f’dawn l-aħħar ħames snin u Rennes għelbu l-isfida ta’ diversi clubs Ewropej aktar sinjuri biex iffirmawh mingħand Dinamo Zagreb fis-sajf li għadda.

Sport