Friday, November 15, 2024

UNL: L-Ingilterra relegati għal League B wara telfa kontra l-Italja

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-UEFA Nations ta’ din l-aħħar ġimgħa, l-Ingilterra sfaw relegati għal League B wara li sfaw megħluba mill- Italja bl-iskor ta’ 1-0.

LEAGUE A

L-Ingilterra komplew jiddiżappuntaw meta ġew relegati minn League A meta, f’Milan, sfaw megħluba mill-Italja bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal jasal minn Giacomo Raspadori (68) wara li rċieva mingħand Leonardo Bonucci.

Fis-sitt minuta, Gianluca Scamacca ġie mċaħħad mil-lasta. 

Fil-partita l-oħra ta’ dan il-grupp, l-Ungerija għamlu pass kbir lejn is- semi-finali hekk kif wettqu sorpriża kbira meta f’Leipzig għelbu lil Ġermanja bl-iskor ta’ 1-0. Il-goal importanti wasal minn Adam Szalai (17) minn az­zjoni ta’ corner.

LEAGUE B

Bosnja Herzegovina kisbu l-promozzjoni għal League A meta laqgħu lil Montenegro u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0  bl-uniku goal tal-partita wasal minn Ermedin Demirovic (45).

Il-Finlandja u r-Rumanija spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Teemu Pukki (12) fetaħ l-iskor għall-Finlandja iżda Florin Tanase (52) kiseb id-draw għar-Rumeni.

LEAGUE C

Fl-unika logħba ta’ dan il-grupp, Georgia kisbu l-promozzjoni meta ospitaw lil Maċedonja u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn auto-goal ta’ Bojan Miovski (35) u Khvicha Kvaratskhelia (64).

Il-Bulgarija rreġistraw l-akbar rebħa tal-ġurnata meta għelbu lil Ġibiltá 5-1, bl-iskorers ikunu Valentin Antov (23), Kiril Despodov (36), Radoslav Kirilov (52), Iliyan Stefanov (55) u Marin Plamenov (81) filwaqt li Roy Chipolina (26) wieġeb għal Ġibiltá.

Erba’ timijiet oħra li ġew promossi huma t-Turkija (C1), il-Ġreċja (C2), Kazakhstan (C3) u Estonja (D2).

Ekonomija

Sport