Sunday, December 29, 2024

UNL: L-Italja bl-akbar rebħa tal-ġurnata

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tar-raba’ ġurnata tal-UEFA Nations League, l-unuri jmorru għand l-Italja li rreġistraw l-akbar rebħa tas-serata fuq l-Iżrael. 

Italja v Iżrael – L-Italja kisbu rebħa kbira ta’ 4-1 bil-goals jaslu minn Mateo Retegui (41 pen), Giovanni Di Lorenzo (54, 79) u Davide Frattesi (72) filwaqt li Mohammed Abu Fani (66) wieġeb għall-Iżrael.

Belġju v Franza – Barra minn darhom Franza għelbu lill-Belġju bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorer ikun Randal Kolo Muani (35 pen, 62) filwaqt li Lois Openda (45) irrisponda għat-team ospitu li għalihom Youri Tielemans (23) falla penalty.

Il-Franċiżi kellhom lil Aurelien Tchouameni (76) imkeċċi.

Ġermanja v Olanda – Il-Ġermanja għelbu lill- Olanda bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Jamie Leweling (63).

Bosnja v Ungerija  – Barra minn darhom l-Ungerija għelbu lil Bosnja, bil-protagonista jkun Dominik Szoboszlai (38, 50) li skorja ż-żewġ goals.

Islanda v Turkija – It-Turkija marru l-Islanda u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2 permezz ta’ Irfan Kahveci (62), Hakan Calhanoglu (67 pen),  Arda Guler (88) u Muhammed Kerem Akturkoglu (93) filwaqt li Orri Oskarsson (3) u Andri Gudjohnsen (83) skorjaw għat-team ospitu.

Ekonomija

Sport