Saturday, September 5, 2026
Home Sport US Open: Carlos Alcaraz jgħaddi għar-raba’ round b’rebħa konvinċenti

US Open: Carlos Alcaraz jgħaddi għar-raba’ round b’rebħa konvinċenti

0
54

Carlos Alcaraz għadda għar-raba’ rawnd tal-US Open wara rebħa konvinċenti ta’ 6-3, 6-4, 6-1 kontra Wu Yibing taċ-Ċina.

L-Ispanjol, li qed jirritorna minn injury fit-tul fil-polz, qal li qed iħossu aħjar ma’ kull logħba u li qed jerġa’ jaqbad ir-ritmu tal-kompetizzjoni. 

Il-logħba kontra Wu damet sagħtejn u 20 minuta, u Alcaraz wera forma fiżika tajba minkejja li ma kienx lagħab singles għal 139 jum qabel dan it-tournament. 

Fir-raba’ round se jiltaqa’ mal-Amerikan Tommy Paul, li Alcaraz għelbu sitt darbiet konsekuttivi. 

It-triq tiegħu lejn it-tmien titlu Grand Slam saret aktar miftuħa wara eliminazzjonijiet ta’ players importanti bħal Novak Djokovic u Felix Auger-Aliassime. 

Alexander Zverev jibqa’ l-akbar theddida potenzjali, iżda jista’ jiltaqa’ ma’ Alcaraz biss fil-finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here