Saturday, September 5, 2026
Home Sport US Open: Aryna Sabalenka twaqqaf il-logħba minħabba riħa qawwija tal-kannabis

US Open: Aryna Sabalenka twaqqaf il-logħba minħabba riħa qawwija tal-kannabis

0
52

Aryna Sabalenka kellha twaqqaf għal ftit il-logħba tagħha tal-US Open kontra Kamilla Rakhimova minħabba riħa qawwija tal-kannabis. 

Wara li marret 3-0 minn fuq fl-ewwel set, it-tennista Belarussa qalet lir-referee Eva Asderaki-Moore li xi ħadd kien qed ipejjep il-marijuana u talbitha tintervjeni għax ir-riħa kienet qawwija ħafna. 

Wara li uffiċjal ġie infurmat, il-logħba kompliet u Sabalenka rebħet komdu 6-3, 6-4 biex għaddiet għar-raba’ round. Sabalenka, li hija ċ-champion renjanti għal darbtejn, qed tfittex il-ħames titlu tagħha tal-Grand Slam. 

Hija qalet li ma kinitx taf minn fejn kienet ġejja r-riħa, iżda talbet lill-partitarji jkunu aktar konxji. It-tipjip mhuwiex permess fil-Flushing Meadows, għalkemm ir-riħa kultant tasal mill-Corona Park fil-qrib. 

Players oħra, fosthom Katie Boulter, Harriet Dart, Francesca Jones, Novak Djokovic u Alexander Zverev, ukoll ilmentaw dwar din il-problema.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here