Monday, August 31, 2026
Home Sport US Open: Venus Williams titlef kontra Sofia Kenin

US Open: Venus Williams titlef kontra Sofia Kenin

0
51

Venus Williams sofriet il-15-il telfa konsekuttiva tagħha fis-singles wara li tilfet kontra Sofia Kenin fl-ewwel round tal-US Open.

 Il-logħba, li bdiet nofs il-lejl u  spiċċat għall-ħabta tat-2.00 am u kienet l-aktar waħda li bdiet tard fl-istorja tat-tournament. 

Williams, ta’ 46 sena, kienet viċin li tmur għat-tielet set, iżda Kenin salvat seba’ set points u rebħet 6-2, 7-6. 

Williams ikkritikat il-ħin tard tal-logħba, u qalet li kien diffiċli ssib ir-ritmu u tilgħab l-aħjar tennis f’dawk is-sigħat. Venus Williams titlef il-15-il logħba konsekuttiva fis-singles

Venus Williams sofriet il-15-il telfa konsekuttiva tagħha fis-singles wara li ġiet megħluba mill-Amerikana Sofia Kenin fl-ewwel rawnd tal-US Open. 

Il-logħba spiċċat għall-ħabta tas-2.00 am, wara li bdiet tard ħafna minħabba l-partita drammatika bejn Mariano Navone u Novak Djokovic.

Williams, li għandha 46 sena u ngħatat wildcard biex tikkompeti fit-tournament f’pajjiżha, kienet viċin ħafna li ġġiegħel it-tieni set jidħol f’wieħed deċiżiv. Madankollu, Kenin, champion tal-Australian Open tal-2020, salvat seba’ set points u rebħet 6-2, 7-6 (8-6).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here