Saturday, December 21, 2024

USL: Barcelona u Real Madrid b’bonus ta’ €1 biljun

Aqra wkoll

Barcelona u Real Madrid huma rrappurtati li se jirċievu ħlas ta’ lealtà ta’ €1 biljun (€868.9 miljuni) jekk fil-futur jitwettaq is-Super League Ewropew.

Mit-12-il club li ffirmaw għall-proġett li kien destinat oriġinalment f’April, 2021, iż-żewġ ġganti Spanjoli huma l-uniċi timijiet li għadhom impenjati għal dawn il-pjani kontroversjali.

Il-membri fundaturi l-oħra kollha tas-Super League Ewropew ħarġu mill-pjani fi ftit jiem sentejn ilu, wara li rċevew reazzjoni sinifikanti mill-partitarji u figuri ta’ awtorità fil-gvern.

Il-FIFA u l-UEFA waslu sa anke jheddew lill-clubs u lill-players bit-tkeċċija mill-kompetiz­zjonijiet tagħhom, iżda Barca u Real irrifjutaw li jċedu u ngħataw spinta kbira fl-isforzi tagħhom biex joħolqu kampjonat mifrud il-ġimgħa li għaddiet.

Flimkien mas-sostenituri prinċipali, A22 Sports, il-potenzi ta’ La Liga ħadu lill-FIFA u lill- UEFA quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar it-theddid tagħhom li jissospendu players, u issa ġie deċiż li kien illegal.

Id-deċiżjoni tal-ECJ ntlaqgħet bil-qalb minn Barcelona u Real Madrid, li jkomplu jinsistu li Super League huwa t-triq ‘il quddiem mill-aspett finanzjarju u għall-partitarji, minkejja li l-ispettaturi madwar id-dinja għadhom jopponu l-idea.

Jekk l-idea tas-Super League Ewropew eventwalment tibda – li għadu meqjus bħala improbabbli ħafna – kemm Barcelona kif ukoll Real Madrid se jirċievu  €1 biljun (£868.9 miljuni) minħabba l-lealtà tagħhom lejn il-proġett.

Ekonomija

Sport