Saturday, April 20, 2024

“Użawna … imma mhux neżlin waħidna”

George Degiorgio jitkellem ma' Reuters mill-ħabs

Aqra wkoll

“Użawna … mhux neżlin waħidna”. Iddikjara dan George Degiorgio f’Podcast ma’ Reuters bl-isem ta’ Who Killed Daphne (Min qatel lil Daphne) ippreżentat minn Stephen Grey.

George Degiorgio, li flimkien ma’ ħuh Alfred, qed jistenna li jgħaddi ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tkellem mar-Reuters dwar il-ħsieb tiegħu li jkompli jikxef iktar ismijiet ta’ persuni involuti fil-qtil. 

Huwa tkellem dwar il-ħsieb tiegħu li jilħaq ftehim biex filwaqt li jikxef iżjed ismijiet, fosthom ta’ persuna mdaħħla fil-politika, fi skambju għal sentenza ta’ 15-il sena ħabs “jew anke inqas”.

Degiorgio kompla biex jgħid li hu jiddispjaċih għal Daphne u li li kieku kien jaf min kienet kien jitlob mal-€10 miljuni u mhux il-€150,000. 

Minkejja li qal li jiddispjaċih, Degiorgio jinstema’ jgħid li għalih din kienet biċċa xogħol tas-soltu.

Fl-intervista mill-ħabs, George allega wkoll dwar korruzzjoni u qal li l-awtoritajiet urew mill-inqas interess li jisimgħu dwar dak li għandu xi jgħid. Huwa akkuża wkoll lill-Pulizija li skontu qegħdin jipproteġu lill-persuni li hu qiegħed jipprova jimplika bil-qtil. 

Tenna jgħid li minkejja dan kollu, mhux se jaqta’ qalbu u li hemm ħafna affarijiet li se joħorġu dalwaqt.

Sport