Valanga fl-ogħla resort tal-iskijjar Żvizzeru ta’ Zermatt qatlet tliet persuni u korriet persuna oħra, hekk kif l-awtoritajiet wissew dwar ir-riskju kbir ta’ aktar diżastri u mwiet minħabba riħ qawwi li qed jaħkem u borra intensa.
Filmati tal-vidjow fuq il-midja soċjali wrew ħajt ta’ borra jaqsam settur barra mill-pista ta’ Riffelberg ta’ Zermatt, wieħed mill-aktar ski resorts lussużi fl-Alpi Żvizzeri.
Wara dan l-inmċident tnediet operazzjoni kbira ta’ tfittxija u salvataġġ minkejja l-maltemp u riħ qawwi. It-tfittxija għall-vittmi iżda ġiet sospiża filgħaxija, filwaqt li kien hemm kkonferma li tliet persuni tilfu ħajjithom u persuna oħra korriet serjament.
Borra kbira u r-riħ qawwi ħafna wasslu lill-awtoritajiet biex joħorġu twissijiet serji dwar riskju kbir ta’ valanga fin-Nofsinhar tal-Alpi Żvizzeri. Ir-riskju kien ikkunsidrat għoli b’mod speċjali fil-cantons tal-Grisons u tal-Valais, it-tnejn destinazzjonijiet popolari tal-iski.
Valangi spontanji kbar ħafna, u f’xi każijiet estremament kbar, huma mistennija qal l-Istitut għar-Riċerka dwar is-Silġ u l-Valanga.
Qabel l-inċident ta’ nhar it-Tnejn, 14-il persuna kienu mietu fi 12-il valanga u inċidenti fl-Iżvizzera s’issa dan l-istaġun. Ħafna mill-vittmi kienu skiers cross-country.