Valletta FC iħabbru l-akkwist tal-attakkant Brażiljan ta’ 32 sena, Alex Tanque

0
1

Valletta FC iffirmaw lill-attakkant Brażiljan ta’ 32 sena, Alex de Aguiar Gomes, magħruf bħala Alex Tanque.

Imwieled f’Cubatão, São Paulo, Tanque bena l-karriera tiegħu fi tliet kontinenti, mill-Brażil sal-Portugall, il-Polonja, Malta u l-Indoneżja.

Huwa meqjus bħala attakkant fis-sens veru, b’tul ta’ 1.87 metri, b’fiżiċitá mill-aqwa u diġà ppruvat fil-Malta Premier League ma’ Marsaxlokk FC, fejn lagħab magħhom 34 partita fl-istaġun 2024/25 fid-diversi kompetizzjonijiet lokali u skorja 16-il goal.

Valletta laqgħu lil Tanque fi ħdanhom u awgurawlu kull suċċess mal-klabb mill-kapitali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here