Saturday, April 27, 2024

Valletta l-ewwel finalisti tal-Izibet FA Trophy

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sta Lucia ……..0

Valletta ……….1

Valletta saru l-ewwel fi­nalisti tal-Izibet FA Tro­phy meta fis-semi-finali għel­bu lil Sta Lucia bl-iskor ta’ 1-0. 

Għaldaqstant huma jis­tennew bil-ħerqa r-rebbieħ tal-lum bejn Floriana u Hibernians biex nhar il-Ħadd li ġej jilagħbu fil-finali.

Kien biss fl-20 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota, li kienet min-naħa ta’ Valletta meta ż-żagħżugħ, Andrea Zammit, kellu xutt mid-distanza pjuttost ċentrali li ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper, Justin Haber.

Minuta biss wara mill-az­zjoni li segwiet, l-istess Andrea Zammit għadda tajjeb lejn Mario Fontanella, li kellu x-xutt bid-dawra tiegħu jintemm ftit barra.

Santa Lucia wieġbu fis-36 minuta meta Victor Luiz Filho bir-ras għadda tajjeb lejn Vito Plut li iżda ra lill-goalkeeper Taljan, Alessandro Guarnone, joħroġ barra minn postu biex interċetta kull periklu, fejn deher li weġ­ġa’ xi ftit iżda fortunatament seta’ jkompli l-partita.

Il-Luċjani komplew jip­pressaw u erba’ minuti wara resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta wara li rċieva minn corner, André Prates, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata mill-goalkeeper Belti biex evita goal ċert.

Il-Luċjani komplew jippressaw biex l-ewwel taqsima ntemmew bi cross-shot ta’ Valpoort Meghon li spiċċa f’idejn Guarnone.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Luċjani komplew bl-is­tess ritmu ta’ qabel il-mistrieħ u fis-47 minuta, Victor Luiz Filho kellu xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra.

Valletta wieġbu erba’ minuti wara meta David Promise dar tajjeb ma’ difen­sur  avversarju qabel kellu xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa jiġi salvat minn Haber.

Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u ta’ dan ġew ippremjati meta fil-61 minuta fetħu l-iskor hekk kif Enmy Manuel Pena Beltre minn nofs il-ground qabeż żewġ players avversarji, għadda lejn Caio Prado li min-naħa tiegħu serva lil Kevin Tulimieri li kien pront u xeħet cross mix-xellug li sab lil DAVID PROMISE żmarkat għal kollox u xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.

Bir-ritmu jonqos wara dan il-goal, kien fil-ħin miżjud li Sta Lucia resqu ferm viċin li jagħmlu li jiksbu d-draw iżda Guarnone salva tajjeb fuq Valpoort  u mir-rebound Luiz Filho xeħet għoli. 

Fis-96 minuta kien imiss li Haber isalva fuq Luis Campos u mir-rebound ta’ Michele Sansone l-istess Haber dawwar f’corner.

sta lucia: 16-Justin Haber, 4-André Prates, 5-Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis, 7-Gianmarco Conti, 9-Vito Plut, 11-Davidy Ayrton Valpoort Meghon, 17-Victor Luiz Prestes Filho, 22-Jamie Zerafa (10-Alan da Silva Souza 68), 23-Dexter Xuereb (14-Jan Tanti 79), 29-Yoel Lorenzo Soares Fonseca   – Coach: Giovanni Tedseco

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 6-Triston Caruana (11-Michele Sansone 93), 14-Christian Gauci, 17-Andrea Zammit (10-Shaun Dimech 63), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 19-Emmanuel Oluwatobi David Promise (9-Haris Dilaver 89), 24-Ro­wen Muscat, 66-Eslit Sala, 77-Caio Pardo, 89-Mario Fontanella (5-Ryan Camilleri 89), 92-Kevin Tulimieri (97-Lucas Campos 63)   – Coach: Danilo Doncic

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Thomas Debono

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER: D. Promise 61 (V) 

AMMONITI: C. Prado (V); V. Plut, V. L. Prestes Filho, J. Pisani (SL)

Sport